COVID-19
L-ebda każ ġdid ta’ Coronavirus f’Malta – imfejqa 13 oħra

Raġel ta’ 56 sena huwa t-tmien vittma tal-Covid-19 f’Malta. Huwa miet il-lejl li għadda fl-Isptar Mater Dei. Waqt li tat rendikont tas-sitwazzjoni, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci tat il-kondoljanzi lil familjari u ċċarat li r-raġel kellu diversi kundizzjonijiet kroniċi u għalhekk ma jfissirx li l-Coronavirus kien il-kawża tal-mewt tiegħu minkejja li kien instab pozittiv fis-16 ta’ Mejju.

“Kien qed jingħata kura fl-Isptar tagħna ghal kundizzjonijiet mediċi u ma kienx l-ITU għax ma kellux sintomi relatati mal-Covid-19 jew sintomi respiratorji u allura hemhekk bħala definizzjoni tagħna joħroġ bħala ‘a death in a Covid positive situation’ jiġifieri għandek mewt ta’ persuna li kellu l-Covid u kien pożittiv u ma jfissirx li din il-persuna mietet bil-Covid.”

Fl-aħħar bulletin mediku, il-Professur Gauci ħabbret li għat-tieni darba dil-ġimgħa ma nstab l-ebda każ pożittiv wara li f’24 siegħa saru ‘l fuq minn 1,000 swab test. Ħabbret li fl-istess perjodu fiequ 13 il-persuna oħra. Hija qalet li issa l-każi attivi niżlu taħt il-mija u hemm biss 96 persuna li għadhom bil-virus. Il-Professur Gauci ddiskriviet din is-sitwazzjoni bħala waħda stabbli.

Mistoqsija minn Television Malta dwar il-possibiltà ta’ ftuħ tal-ajruport f’nofs ix-xahar id-dieħel, il-Professur Gauci qalet li għadejjin il-preparamenti skont il-pjan ta’ tranżizzjoni. “Għadejja ħidma mal-MTA biex ahna kemm naraw fejn inti jkollok dawk il-pajjiżi li jkunu għandhom inqas risku tat-trażmissjoni u għadejjin protokoli biex nħejju l-ajurport tagħna.”

Qalet li dan qed isir biex wara li titħabbar id-data tal-ftuħ, l-ajruport ikun jista’ jibda joperaw bil-miżuri ta’ mitigazzjoni meħtieġa li jinkludu wkoll rotot li huma meqjusa sikuri.

Dwar l-erba’ persuni li nstabu pożittivi lbieraħ, il-Professur Gauci spjegat li tnejn minnhom huma Carers li jaħdmu fl-Isptar Karen Grech, mara ta’ 33 li kienet f’kuntatt ma’ persuna li kellha l-covid u mara oħra ta’ 53 sena. Qalet ukoll li hemm 25 persuna fl-Isptarijiet, fosthom 13 fl-Isptar Boffa, sitta fl-Isptar San Tumas u sitta oħra f’Mater Dei fosthom pazjent li tmexxa għat-taqsima tal-kura intensiva iżda qalet li l-kundizzjoni tiegħu hi meqjusa tajba u mhuwiex intubat.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Infrastructure Malta għażlet żewġ artisti u żewġ ditti tal-arkitettura minn Malta, Ċipru u r-Rumanija sabiex jipproduċu erba’ xogħlijiet artistiċi kbar għaż-żoni bis-siġar u passaġġi madwar il-flyovers tal-Marsa Junction Project wara…

Kultura

Il-parruċċani tas-Siġġiewi 320 sena ilu kkummissjonaw żewġ biċċiet tal-arti, kurċifiss u kwadru li flimkien jirrappreżentaw ix-xena tal-golgota fi tliet dimensjonijiet. Din l-opra tal-arti kienet saret f’Ruma. F’dan iż-żmien kemm il-kurċifiss…

Stejjer Umani

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi illum qed jiċċelebra l-24 anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, Fr Martin filwaqt li radd ħajt lil Alla għal dak kollu…

COVID-19

Ir-reġjun Spanjol ta’ Katalunja reġa’ mpona restrizzjonijiet biex irażżan l-imxija f’żona fejn jgħixu 210,000 persuna u fejn fl-aħħar jiem kien hemm żieda fil-każijiet ġodda ta’ coronavirus. Ħadd mhu se jitħalla…

Aktar