COVID-19
L-ebda każ ġdid ta’ Coronavirus f’Malta – imfejqa persuna oħra

Għall-ewwel darba minn Marzu l’hawn mindu feġġ l-ewwel każ ta’ coronavirus f’Malta, l-ebda pazjent bil-virus mhu qed jingħata kura fl-isptar Mater Dei. Fl-aġġornament ta’ kuljum kmieni waranofsinhar, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li fl-aħħar 24 siegha, saru 987 swab test li minnhom ma rriżulta l-ebda każ ġdid ta’ Covid-19.

Fl-istess waqt fieq każ ieħor li kien instab fl-aħħar ġimgħat. B’hekk il-każi attivi komplew jonqsu għal 12. Fl-aħħar aġġornament, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li minn dawn it-12-il każ attiv hemm nofshom li qed jirkupraw f’darhom filwaqt li hemm pazjent tal-isptar St Thomas u ieħor fl-isptar Karen Grech u erba’ pazjent ohra huma rikoverati fl-isptar Boffa.

 

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Fi stqarrija, il-MAM qalet li se twaqqaf id-direttivi għal ġimgħa min-nhar is-Sibt bit-tama li l-gvern jieħu azzjoni deċiżiva fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna. L-assoċjazzjoni qalet ukoll li l-Gvern għandu jgħaraf l-iżbalji…

Kronaka

Raġel ta’ 20 sena mill-Imtarfa ġarrab ġrieħi gravi u ieħor ta’ 21 sena mill-Imtarfa wkoll ġarrab ġrieħi ħfief wara argument li seħħ ilbieraħ fil-ħdax u nofs ta’ bil-lejl fil-Belt Valletta….

COVID-19

Ftit aktar minn 100 persuna ġew immultati talli fl-aħħar ġimgħa nqabdu mingħajr maskra f’ħames postijiet fejn hu obbligat li tintlibes fosthom fuq tal-linja u fil-ħwienet. Il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-maskra…

Aktar