COVID-19
L-ebda każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, 3 mfejqa u l-ebda mewt

In-numru ta’ każijiet attivi tal-Covid-19 issa huwa ta’ 59 wara li bejn ilbieraħ u llum ma ġie rrappurtat l-ebda każ ġdid minn 1,793 ‘swab tests’ li saru.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li fiequ tlieta, u li ma kienet rappurtata l-ebda mewt relatata mal-Covid-19, biex it-total tal-vittmi baqa’ 419.

In-numru ta’ persuni li ħadu l-virus mindu feġġ f’pajjiżna f’Marzu 2020 huwa ta’ 30,581.

Bil-każijiet il-ġodda ta’ fejqan telgħu għal 30,103 dawk li skont l-awtoritajiet tas-saħħa rkupraw mill-pandemija.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 587,160 doża tal-vaċċin li minnhom 339,176 kienu l-ewwel doża. In-numru ta’ dawk li issa huma mlaqqma b’mod sħiħ huwa ta’ 258,929.

Ara wkoll:

L-ebda każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta għat-tieni darba f’ġimgħa