COVID-19
L-ebda każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta għas-sitt jum infila – tfiq persuna oħra

Għas-sitt jum infila, l-awtoritajiet tas-saħħa rrappurtaw li ma sabu l-ebda każ ġdid ta’ COVID-19.

Irrapportaw ukoll li kien hemm persuna waħda li fieqet u b’hekk telgħu għal 661 l-ammont ta’ persuni li rkupraw mill-coronavirus.

F’Malta għad fadal biss erba’ każi attivi.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li bejn ilbieraħ u llum għamlu 985 swab test għal total ta’ 109,538 test.

Sa mill-bidu tal-pandemija, din kienet l-ewwel darba li Malta ma rrappurtat l-ebda każ ġdid għas-sitt ijiem infila.

Mil-lum l-ajruport internazzjonali ta’ Malta fetaħ għall-ivvjaġġar għal mill-inqas 28 pajjiż ieħor wara li fl-1 ta’ Lulju reġa’ nfetaħ għal 20 destinazzjoni fl-Ewropa.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fid-dawl tad-delitt tal-ġimgħa l-oħra f’Ħal Millieri allegatament imwettaq minn żewġ żagħżagħ ta’ 18-il sena ħafna tkexkxu li dan ir-reat twettaq minn żgħażagħ u esprimew tħassib dwar il-ġenerazzjoni preżenti, madanakollu l-istoriku…

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qal li fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni hu senisttiv għall-karba tan-nies, sema’ lin-nies jitkellmu u jrid jkun hu li jagħti r-risposti. Dr Abela qal dan…

Lokali

Fl-aħħar erbat ijiem mindu tħabbru r-regolamenti l-ġodda tal-attivitajiet tal-massa, inħarġet ittra ta’ twissija lil sittax-il stabbiliment ta’ divertiment mit-taqsima tal-infurzar tal-Awtorità tat-Turiżmu li hi responsabbli li tara li l-postijiet qed…

Edukazzjoni

Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni ppubblika linji gwida għall-għalliema u lse’s bi preparamenti għall-ftuħ tal-iskejjel fi tmiem ta’ Settembru li ġej. Il-Ministru għall-edukazzjoni Owen Bonnici qal li filwaqt li l-Gvern huwa kommess li…

Aktar