COVID-19
L-ebda każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta għat-tieni darba f’ġimgħa

Illum ma nstab l-ebda każ ġdid ta’ Covid-19 mill-iswab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa.

Dan tħabbar mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne dalgħodu fuq il-midja soċjali.

Din hija t-tieni darba f’ġimgħa li ma nstabx lanqas każ wieħed pożittiv, hekk kif fis-7 ta’ Ġunju li għadda wkoll ma rriżultawx każi ġodda.