COVID-19
L-ebda każ ġdid ta’ Covid illum – l-ewwel darba mis-sajf l-ieħor

Illum hija l-ewwel darba mis-sajf l-ieħor li ma nstab l-ebda każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta.

Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, dalgħodu fuq il-midja soċjali.

Id-Deputat Prim Ministru appella biex tinżamm id-dixxiplina u r-responsabbiltà.