COVID-19
L-ebda mewt bil-Covid f’Malta fl-aħħar xahar

Għaddew eżattament xahar mindu l-pajjiż ra l-aħħar mewt relatata mal-Covid-19.

Kienu fis-17 ta’ Ġunju li l-awtoritajiet ħabbru l-mewt ta’ anzjan ta’ 82 sena li tilef ħajtu fl-Isptar Mater Dei fejn kien qed jingħata l-kura.

Sal-lum kienu 420 il-persuni li tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-pandemija.

Fil-preżent il-każijiet attivi jammontaw għal 1,642 bi 17-il persuna fl-Isptar Mater Dei fosthom waħda fl-ITU.

In-numru ta’ dawk li ħadu t-tilqima b’mod komplut huwa ta’ 355,883.