Lokali
L-ebda xogħol ta’ twaqqigħ u skavar fis-sajf f’żoni turistiċi

L-Awtorità tal-Ippjanar qed tavża li bejn il-15 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settermbru ma jistax isir xogħol ta’ skavar u twaqqigħ f’siti ta’ kostruzzjoni f’żoni turistiċi.

Il-lokalitajiet li ġew identifikati mill-Awtorità tat-Turiżmu b’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju għar-Regolamenti tal-Bini jinkludu toroq f’Birżebbuġa, il-Gżira, il-Kottonera, Wied il-Għajn, Marsaxlokk, il-Mellieħa, ir-Rabat, l-Imdina, Tas-Sliema, is-Swieqi, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Wied iż-Żurrieq, Qrendi, il-Belt Valletta, il-Furjana, Kemmuna, Marsalforn, l-Imġarr, Għajnsielem, ir-Ramla l-Ħamra, San Lawrenz, ir-Rabat Għawdex, ix-Xagħra u x-Xlendi.

Fi stqarrija l-Awtorità tal-Ippjanar qalet li persuni li jinnutaw xogħlijiet ta’ twaqqigħ u skavar f’dan il-perjodu jistgħu jirrappurtaw fuq 2292 7608 waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju jew fuq 9963 7508 f’ħinijiet oħra.

Qalet li waqt li tifhem il-ħtieġa li x-xogħol ta’ kostruzzjoni jrid isir, mhux aċċettabli li dan joħloq inkonvenjenzi għat-turisti u r-residenti li jgħixu f’dawn iż-żoni.

Wieħed jista’ jara l-lista sħiħa tat-toroq minn hawn.

Dan il-filmat juri l-iskavar li kien qed isir fil-Qawra fil-jiem li għaddew:

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg ħatar lill-Eks Kummissarju Ewropew Karmenu Vella bħala Konsulent dwar l-Avjazzjoni. Il-Ministru Ian Borg qal li Karmenu Vella għandu esperjenza vasta f’diversi setturi…

Lokali

B’investiment ta’ €4.2 miljun il-korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir bdiet il-proġett ta’ restawr tal-Ġnien tal-Mall fil-Floriana, li jinkludi fih 7,500 metru kwadru ta’ pavimentar ġdid. Il-Ministru għall-Infrastuttura u Proġetti Kapitali Ian Borg qal li…

Lokali

Peter, il-kelb tad-Dwana, irnexxielu jaqbad €16,500 flus kontanti mhux iddikjarati fuq passiġġier li kien sejjer Istanbul, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Fi stqarrija, id-Dwana qalet li waqt l-iskrinjar tal-passiġġieri li kienu se…

Annimali

L-għaqda Nature Trust ħabbret li dalgħodu faqqsu 11-il fekruna oħra fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra. Huma faqqsu li l-lejl ta’ qabel kienu diġà faqqsu 62 fekruna, fl-istess bajja. B’hekk issa b’kollox faqqsu 73…

Aktar