“L-Ebola qed tirbaħ it-tellieqa!”

Il-kap tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar il-virus tal-Ebola qal li d-dinja qed taqta’ lura fit-tellieqa biex iżżomm il-virus milli jinfirex b’eluf ta’ każi godda huma mbassra li jfeġġu sa Diċembru.

Anthony Banbury qal lill-kunsill tas-sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda, li l-Ebola qiegħda fuq quddiem u qiegħda tirbaħ.

Sadattant, qed iqumu ħafna mistoqsijiet dwar kif infermiera f’Texas fl-Istati Uniti ġiet infettata bil-virus.

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) qalet li sallum mietu 4,447 mill-aħħar tifqiegħa ta’ dan il-virus, il-maġġoranza fil-Punent tal-Afrika.

Żiedet tgħid li matul din il-ġimgħa l-ammont ta’ każi ġodda u anke mwiet, jistgħu jitilgħu għal 9,000.

Sierra Leone, il-Liberja u l-Guinea huma l-agħar pajjiżi milquta mill-Ebola li bdiet f’Diċembru 2013 li iżda kienet konfermata f’Marzu.

Anthony Banbury
Sintomi tal-Ebola

 

Aħbarijiet Oħra

Il-President Amerikan Donald Trump ħallas biss $750 f’taxxi fuq id-dħul tiegħu fl-2016. Rapport fuq in-New York Times, li kisbet aċċess għal informazzjoni li tmur lura aktar minn 20 sena, jgħid…

Fil-Venezwela kważi 200 persuna li jaħdmu bħala paramediċi fil-qasam tas-saħħa tilfu ħajjithom minn Marzu ‘l hawn kawża tal-imxija tal-Covid-19. Fil-Venezwela nstabu mil-lanqas 68,000 persuna li kellhom il-Coronavirus li minnhom tilfu…

Il-votanti fl-Iżvizzera vvutaw kontra l-proposta li jiġu fi tmiemu ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar il-moviment ħieles tal-persuni. Skont SRF, ir-riżultat tar-referndum se jkun 63% b’37%. L-Iżvizzera mhijiex membru tal-Unjoni Ewropea, imma…

Il-forzi tal-Armenja u l-Ażerbajġan qed jiġġieldu dwar ir-reġjun Nagorno-Karabakh, u twaqqa’ tal-inqas ħelikopter wieħed tal-Ażerbajġan. L-Armenja qalet li l-Ażerbajġan beda jattakkaha mill-art u mill-ajru u wara ddikjarat l-liġi marzjali. Min-naħa…

Aktar