Edukazzjoni
L-eBook “L-Elf Mistoqsijia ta’ Dino Ricciolino Dwar il-Virus Corona” se jingħata b’xejn lill-istudenti

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici ġie ppreżentat bil-ktieb ‘L-Elf Mistoqsijia ta’ Dino Ricciolino Dwar il-Virus Corona’, liema pubblikazzjoni saret bil-kollaborazzjoni tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u huwa mmirat għal tfal bejn it-3 snin u l-10 snin.

Huwa qal li din il-pubblikazzjoni hija ta’ għajnuna lill-familji biex iwieġbu l-mistoqsjiet b’mod ċar. Żied li ħa gost bid-deċiżjoni li jkun ktieb bilingwi, bil-Malti u kif ukoll bl-Ingliż biex jintlaħqu t-tfal kollha f’Malta u Għawdex. Qal li l-Ministeru se jkun qed jagħti wkoll l-eBook bil-Malti u bl-Ingliż b’xejn lill-istudenti.

Minħabba l-pandemija kawża tal-virus Corona (Covid-19), ħafna familji madwar id-dinja, speċjalment it-tfal, raw id-dinja tagħhom tinbidel mil-lejl għan-nhar. L-għan ta’ dan il-ktieb ċkejken hu li jispjega b’mod ċar u ħafif, imma xjentifikament korrett, il-ħafna mistoqsijiet li jkollhom it-tfal.

Il-pubblikatriċi tal-ktieb spjegat kif l-awtriċi Chaira Battistelli bagħtitilha l-manuskritt f’Marzu li għadda u flimkien mal-illustrazzjonijiet ta’ Onda S., deher ċar li dan jista’ jagħti lok għal pubblikazzjoni edukattiva tassew tajba.

Permezz tat-traduzzjoni għal Malti tal-ktieb ‘The Thousand Questions of Dino Ricciolino About The Coronavirus’ ħareġ is-sabiħ tal-ilsien Malti u l-potenzjal tiegħu meta jiffaċċja l-isfidi sabiex tinstab terminoloġija adegwata li tista’ tintuża fil-ħajja ta’ kuljum.

It-traduzzjoni għall-Malti saret minn Joanne Micallef, waqt li Toni Aquilina kien l-editur. Il-qari tal-provi sar mill-Agenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu stess waqt li l-editjar tal-verżjoni bl-Ingliż sar minn Proofreading Malta.  Id-disinn tal-ktieb sar minn Naomi Gatt.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Gudja tressaq il-Qorti l-Ħadd filgħodu, akkużat li lbieraħ waqt li kien fi stabbiliment fil-limiti tar-Rabat, ikkaġuna ġrieħi gravi lil Nathan Luke Borg, li kissirlu n-nuċċali u…

Infrastruttura

Infrastructure Malta għażlet żewġ artisti u żewġ ditti tal-arkitettura minn Malta, Ċipru u r-Rumanija sabiex jipproduċu erba’ xogħlijiet artistiċi kbar għaż-żoni bis-siġar u passaġġi madwar il-flyovers tal-Marsa Junction Project wara…

Kultura

Il-parruċċani tas-Siġġiewi 320 sena ilu kkummissjonaw żewġ biċċiet tal-arti, kurċifiss u kwadru li flimkien jirrappreżentaw ix-xena tal-golgota fi tliet dimensjonijiet. Din l-opra tal-arti kienet saret f’Ruma. F’dan iż-żmien kemm il-kurċifiss…

Stejjer Umani

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi illum qed jiċċelebra l-24 anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, Fr Martin filwaqt li radd ħajt lil Alla għal dak kollu…

Aktar