Edukazzjoni
L-edukazzjoni fi żmien il-pandemija – kemm hu importanti t-taħriġ onlajn?

Edukaturi minn diversi universitajiet, fosthom ta’ Malta, l-Italja, il-Libanu, is-Slovenja u r-Renju Unit iddibattew l-importanza tal-edukazzjoni fi żmien il-pandemija u ħarġu b’argumenti favur u kontra t-taħriġ online u l-importanza tat-tagħlim fil-klassi. Ir-Rettur ta’ istituzzjoni edukattiva privata, il-Professur Luigia Melillo qalet li fl-edukazzjoni terzjarja it-tagħlim online jaf ikun aħjar u ta’ iżjed ta’ benefiċċju għall-istudenti.

Istituzzjoni edukattiva privata qed tqis il-pandemija bħala opportunità għall-istudenti f’livell terzjarju biex ikomplu jistudjaw korsijiet b’distanza. Dan ħareġ f’konferenza virtwali organizzata minn Pegaso International Malta, li fiha ddiskutiet it-tagħlim online, id-distanza soċjali u l-isfidi li dan kollu jista’ joffri. Għaliha ħadu sehem edukaturi u nies oħra involuti f’dan il-qasam minn diversi universitajiet madwar id-dinja.

F’kummenti ma’ TVM, ir-Rettur ta’ Pegaso International, il-Professur Luigia Melillo, qalet li fl-edukazzjoni terzjarja, it-tagħlim online jaf ikun aħjar u ta’ iżjed benefiċċju għall-istudenti.

”Presence teaching would certainly always be preferable for certain age groups. While for higher education even distance learning allows better management of time and space and surely we all have to face a new management of education and fully understand the potential of distance learning.”

Fil-konferenza kienu bosta l-edukaturi u l-esperti Maltin u barranin li esprimew ruħhom dwar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tat-taħriġ online u l-importanza wkoll tat-taħriġ fil-klassi.