Ekonomija u Finanzi
L-effetti tal-pandemija bdew jirriflettu ruħhom fuq il-finanzi tal-Gvern

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li sa April, l-iżbilanċ fil-fond konsolidat kien diġà skorra s-607 miljun ewro. Fl-istess perjodu s-sena l-oħra, l-iżbilanċ tal-gvern kien ta’ 144 miljun ewro. Dan ifisser li l-iżbilanċ żdied b’aktar minn 463 miljun ewro.

Miċ-ċifri tal-NSO joħroġ li dan kien dovut għaliex id-dħul tal-gvern naqas b’220 miljun ewro waqt li n-nefqa rikorrenti tal-Gvern żdiedet b’170 miljun fost oħrajn minħabba l-miżuri li ttieħdu mill-gvern biex jikkumbatti l-effetti tal-pandemija. Dawn kienu jikkonsistu f’għajnuniet finanzjarji diretti kif ukoll fil-posponiment tal-ġbir tat-taxxi dovuti lill-gvern.

L-Istatistika turi li l-gvern fl-ewwel erba’ xhur tas-sena żied in-nefqa tiegħu b’aktar minn 77 miljun ewro. Fl-istess perjodu d-dejn tal-gvern żdied b’aktar minn 433 miljun ewro għalkemm l-imgħaxx fuq id-dejn naqas b’erba’ miljun ewro skorruti.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Struttura tal-ħadid li se sservi bħala saqaf għall-wieħed miż-żewġ hangers il-ġodda tal-Kumpanija SR Technics f’Ħal Farruġ bħalissa qed tittella’ b’sistema li qed tintuża għall-ewwel darba f’Malta. L-istruttura li hija wiesa…

Qorti

Fil-Qorti, illum kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni b’rabta mal-każ traġiku f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Ħamrun, li fih tilfet ħajjitha Miriam Pace wara li spiċċat mirduma taħt it-tifrik. Fl-għeluq mill-4 xhur minn meta Miriam Pace tilfet…

Qorti

Guma Mohammed u Yousef Halef Abdel Hamid intbagħtu 4 snin ħabs kull wieħed u ġew ordnati jħallsu multa ta’ €8,691 kull wiehed għad-danni li kienu għamlu fiċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal…

Kronaka

Il-pulizija kkonfermat ma’ TVM li persuna tilfet ħajjitha għall-ħabta tal-05:00 ta’ dalgħodu wara li ħanut fi Triq Ħal Qormi, il-Marsa nbela’ min-nirien. L-identità tal-vittma għadha mhux magħrufa. Fuq il-post issejħu…

Aktar