Ekonomija u Finanzi
L-ekonomija Maltija fil-livell ta’ A+ bi prospetti pożittivi – Fitch Ratings

L-aġenzija internazzjonali Fitch Ratings ikkonfermat ir-rating tal-ekonomija Maltija fil-livell ta’ A+ bi prospetti pożittivi. L-ekonomisti tal-aġenzija qalu li r-rating ta’ Malta huwa msaħħaħ minħabba li l-pajjiż jinsab fiż-żona tal-Ewro kif ukoll għaliex l-istituzzjonijiet ta’ Malta huma anke aħjar minn ta pajjiżi oħra li jikklassifikaw fil-livell A. Żiedu jgħidu li kklassifikaw lil Malta bi prospetti pożittivi fuq l-bażi tat-tkabbir ekonomiku sostnut u r-riżultat finanzjarji tal-gvern.

Ir-rapport tal-aġenzija Fitch jinnota li skont il-Bank Dinji indikaturi tal-iżvilupp uman u tal-governanza huma aħjar minn ta’ pajjiżi li għandha l-istess rating, iżda osservaw li indikaturi oħra fosthom il-kontabbiltà u l-kontroll tal-korruzzjoni naqsu fl-aħħar snin.
L-ekonomisti ta’ din l-aġenzija internazzjonali qalu li minkejja l-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni u l-iżvilluppi politiċi riċenti, xorta jħossu li jistgħu jagħtu prospetti pożittivi lill-ekonomija Malta minħabba t-tkabbir ekonomiku sostnut u għar-riżultat finanzjarji tal-Gvern li jinkludu s-surplus u t-tnaqqis tad-dejn meta mqabbel mal-Prodott Domestiku Gross.

Ir-rapport ta’ Fitch josserva l-iżvilupp politiċi tal-aħħar ġimgħat inkluż ir-riżenja tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Iżid ibassar li t-tkabbir ekonomiku din is-sena ser ikun ta’ madwar 4.5 fil-mija u ta’ 4.2 fil-mija s-sena d-dieħla. Jgħid li għalkemm ir-ritmu tat-tkabbir ekonomiku naqas xorta huwa aħjar minn ta’ pajjiżi oħra li jipparagunaw ma’ Malta.

Dwar iż-żieda fil-popolazzjoni bil-ħaddiema barranin, Fitch tgħid li dawn qed irriflettew fit-tnaqqis ras għal ras fil-Prodott Domestiku Gross madankollu Malta kompliet toqrob lejn id-dħul ras għal ras mal-medja tal-Unjoni Ewropea. L-ekonomisti ta’ Fitch urew li huma fiduċjużi li l-gvern Malta ser ikompli jżomm id-dixxipplina fiskali u jkollu budget bilanċjat anke mingħajr id-dħul mill-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment. Żiedu jgħid li ż-żieda fin-nefqa tal-Gvern mhix taqbeż iż-żieda potenzjali fit-tkabbir tal-ekonomija.

Waqt li kkummentaw dwar ix-xejra tat-tnaqqis tad-dejn tal-Gvern u tal-garanziji tal-Gvern fuq id-dejn ta’ entitajiet statali, l-ekonomisti ta’ Fitch qalu li ma jistennewx li t-tkabbir ekonomiku ser iwassal għal żieda qawwija fl-inflazzjoni anke għaliex iż-żieda fis-salarji qed isir b’mod moderat fl-istess waqt li l-qagħad kompla jistablizza ruħu f’rata baxxa ta’ ftit aktar minn tlieta fil-mija. Osservaw iżda n-nuqqas ta’ ħaddiema b’ħiliet meħtieġa għall-ekonomija ser tkompli tkun ta’ sfida għall-andament ekonomiku.

Ir-rapport jitkellem ukoll dwar il-prudenza u s-saħħa tal-banek Maltin u jirrapporta dwar kif l-awtoritajiet regolatorji Maltin qed isaħħaħ is-superviżjoni tagħhom b’aktar riżorsi skont ir-rakkomandazzjoni li saru mir-rapport tal-Moneyval.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Jum il-Ħelsien serva ta’ sfond għall-messaġġ tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, li kien fuq l-istess linja ta’ ħsieb tal-messaġġ tal-bieraħ tal-Prim Ministru u mexxej Laburista Robert Abela. F’messaġġ…

Lokali

Malta fakkret il-festa nazzjonali ta’ Jum il-Ħelsien, il-ġrajja li tfakkar it-tluq tas-servizzi Ingliżi u t-tmiem ta’ Malta sservi bħala bażi militari. Il-41 anniversarju mill-ġrajja tal-31 ta’ Marzu 1979 kellu jgħaddi…

Lokali

Il-Professur Charmaine Gauci, barra tgħallem dwar il-qasam tas-saħħa pubblika fl-Università ta’ Malta, hija wkoll is-Supertendent għas-Saħħa. Hija speċjalizzat fl-oqsma tas-saħħa pubblika, l-epidemoloġija u l-mard infettiv kif ukoll nediet kampanja dwar…

Avjazzjoni

Transport Malta irrifjutat l-ajruplan Spanjol A330-202, għaliex l-ajruplan ried jibqa’ fl-ajruport. Dan qalu l-Ministru għat-Trasport Ian Borg fuq il-midja soċjali, li qal li l-permess ma ngħatax anki fl-isfond li bħalissa…

Aktar