Ekonomija u Finanzi
L-ekonomija Maltija kibret b’4.4% fl-2019

Skont stimi proviżorji tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-ekonomija Maltija s-sena li għaddiet kibret b’4.4. fil-mija rata li hija erba’ darbiet aktar min tal-pajjiżi fiż-żona tal-ewro. Miċ-ċifri joħroġ li l-valur tal-ekonomija Maltija żdied bi €818 miljun meta mqabbel mal-2018.

Skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, fl-2019 l-ekonomija Maltija ġġenerat ftit iktar minn €13.2 biljun ewro, żieda ta’ €842 miljun ewro jew 6.8 fil-mija meta mqabbel mal-2018.

L-Uffiċċju tal-Istatistika qal li s-settur tal-kostruzzjoni żied kważi 14 fil-ġid nazzjonali waqt li l-industrija żdiedet il-kontribut tagħha bit-3.7 fil-mija u s-settur tas-servizz kiber b’7.8 fil-mija. L-uniku tnaqqis kien fil-kontribut tal-biedja u s-sajd li sehem tagħhom fl-ekonomija naqas bit-2%.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ta’ 45 sena, residenti Birkirkara, li kien imfittex mill-Pulizija b’rabta ma’ diversi serqiet, kien arrestat f’post fejn allegatament kien qed jistaħba. Ir-raġel kien imfittex b’rabta ma’ każijiet ta’ serq minn pompi…

Qorti

Transport Malta instabet parzjalment ħatja u ġiet ordnata tħallas €115,250 f’kumpens lill-familja ta’ żagħżugħ li tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku. Il-Qorti tal-Appell qalet kif huwa inaċċettabbli li din l-awtorità m’għamlet xejn…

COVID-19

Il-Bank of Valletta li kien qed jippjana li jqassam dividend mil-profitti tiegħu lill-azzjonisti, ħabbar li ser isegwi r-rakkomandazzjoni tal-Bank Centrali Ewropew li talab lill-banek kollha fl-Ewropa biex għalissa jżommu l-profitti…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa, Charmaine Gauci qalet li ngħalaq b’mod temporanju l-LIDL ta’ Ħal Safi sakemm jiġi ddisinfettat. Dan wara li kien hemm ħaddiem li kien pożittiv għall-COVID-19. Fuq il-programm Bonġu Kafè, li…

Aktar