Ekonomija u Finanzi
L-ekonomija Maltija kompliet tikber b’pass mgħaġġel b’żieda fl-impjiegi u tnaqqis fid-dejn tal-Gvern – S&P

L-aġenzija internazzjonali Standard and Poor ikkonfermat ir-rating ta’ Malta fil-Livell A- bi prospetti pożittivi wara li l-ekonomisti tagħha sabu li l-ekonomija Maltija kompliet tikber b’pass mgħaġġel, b’żieda fl-impjiegi u tnaqqis fid-dejn tal-Gvern. L-aġenzija qalet li r-rating ta’ Malta jista’ saħansitra jitjieb tul is-sena li ġejja jew jonqos minn pożittiv għal stabbli jekk l-indikaturi ekonomiċi immajnaw.

Standard & Poors innutat il-passi li ittiehdu biex tissahhah is-supervizzjoni tas-settur finanzjarju. L-agenzija qalet li qieset ukoll il-vurnerabilta tal-ekonomija Maltija li hija miftuha ghal kundizzjonijiet internazzjonali. Qieset fost ohrajn ir-riskji li jista ikun hemm jekk jinbidlu r-regoli internazzjonali dwar it-taxxa u l-effett li l-prezzijiet tal-propjeta f’Malta jista ikollhom anke fuq it-tkabbir ekonomiku.

L-aġenzija faħħret il-miżuri tal-Gvern fil-qasam ekonomiku iżda qalet li l-kontabbiltà u t-transparenza tal-istituzzjonijiet jidhru li ddgħajfu. S&P jistmaw li t-tkabbir ekonomiku din is-sena ser ikun ta’ ħamsa fil-mija. Qalu li l-kontribut tal-industrija tal-gaming u t-turiżmu ser ikompli jixprunaw l-investiment u tosserva kif fl-aħħar ħames snin, l-ekonomija Maltija daħlet f’oqsma ġodda fosthom tal-loġistika li qed jagħtu rizultati tajbin fit-tkabbir ekonomiku u wasslu għal-lanqas rata ta’ qagħad fl-aħħar 20 sena.

L-ekonomisti osservaw iż-żieda fl-impjiegi u l-fatt li Malta qed jirnexxielha ġġib ħaddiema barranin f’diversi talenti li qed jgħinu biex ma tiżdiedx il-pressjoni biex jgħollew il-pagi. Ossevaw li r-rata medja tal-pagi f’Malta hija kważi nofs tal-paga medja fil-pajjiżi tal-Ewro.

Dwar il-prezzijiet tal-propjetà, l-aġenzija qalet li dawn għolew b’5.5% fl-aħħar tliet snin u tgħid li għalkemm s’issa mhumiex daqstant problematiċi twissi li tista’ tinħoloq problema ta’ affordabbiltà fis-suq tal-propjetà.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel minn Ħal Qormi nżamm arrestat wara li hedded lil Spettur tal-Pulizija u offendieh f’diversi telefonati. L-Ispettur kien qed jinvestigah dwar akkużi li hedded lill-eks sieħba tiegħu. Il-Prosekuzzjon spjegat li…

Televiżjoni u Radju

Kull nhar ta’ Ħadd filgħaxija X Factor Malta qed jattira eluf ta’ telespettaturi quddiem l-iscreens tat-televiżjoni biex isegwu l-provi li qed isiru fl-ewwel fażi ta’ dan il-programm ġdid ta’ TVM….

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq dwar l-importanza li tisseddaq il-koperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Ażja. Fis-summit tal-ASEM fi Brussel, Dr Muscat tkellem dwar ir-relazzjonijiet produttivi li Malta żviluppat…

Knisja Maltija

L-Arċidjoċesi ta’ Malta ħatret lis-Surmast Christopher Muscat bħala l-Maestro di Cappella tal-Katidral Metropolitan. L-irwol tal-Maestro di Cappella hu li jipprepara u jidderieġi l-mużika u l-kor fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi fil-Katidral ta’ San…

Aktar