Statistika
L-ekonomija Maltija kompliet tikber fl-ewwel 3 xhur ta’ din is-sena

Stimi proviżorji tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-ekonomija Maltija kompliet tikber fl-ewwel 3 xhur ta’ din is-sena.

L-NSO qal li l-Prodott Domestiku Gross bejn Jannar u Marzu żdied 59 miljun ewro u laħaq kważi 3,193 miljun ewro. Dan kien 1.9% aktar milli kien fl-istess 3 xhur tal-2019. Ras għal ras, il-prodott domestiku gross sa Marzu li għadda kien ta’ €6, 264.

Mil-lat ta’ produzzjoni, l-oqsma kollha tal-ekonomija kibru hlief is-settur tal-biedja u s-sajd. L-akbar tkabbir fil-produzzjoni kien fl-industirja tal-kostruzzjoni li żiedet il-kontribut tagħha fl-ekonomija b’aktar minn 14%.