Ekonomija u Finanzi
L-ekonomija Maltija se tibqa’ tikber skont kif imbassar mill-Kummissjoni Ewropea

It-tkabbir ekonomiku ta’ Malta mistenni jibqa’ robust matul ix-xhur li ġejjin.  Dan intqal fir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea li fih qed ibassar l-andament ekonomiku tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għax-xhur tas-sajf.

Fir-rapport dwar Malta, il-Kummissjoni tgħid li r-ritmu ekonomiku mistenni jkompli joħloq l-impjiegi, filwaqt li l-prodott domestiku gross mistenni li jiżdied b’5.4% din is-sena u b’5% is-sena d-dieħla.

Ir-riskji ekonomiċi għal Malta, skont kif imbassar fir-rapport tal-Kummissjoni, jistgħu jkunu marbuta mal-inċertezzi ġeopolitiċi li jistgħu jolqtu lill-pajjiż minħabba ċ-ċokon tiegħu u l-ekonomija miftuħa li għandu.

Jingħad ukoll li matul l-aħħar xhur l-investiment naqas sew, iżda jbassar li dan se jirpilja sew bil-proġetti li se jsiru fil-qasam tas-saħħa, it-teknoloġija u t-telekomunikazzjoni.

Il-prezzijiet regolati tal-enerġija u l-pagi moderati li hawn f’Malta għenu biex l-inflazzjoni tibqa’ ftit inqas mill-medja taż-żona ewro.  L-inflazzjoni hija mbassra li se titla’ għal 1.8% is-sena d-dieħla minħabba l-pressjoni li ġejja mis-settur tas-servizzi.

Fuq livell Ewropew, it-tkabbir ekonomiku wkoll huwa previst li jibqa’ b’saħħtu matul din is-sena u s-sena d-dieħla bi tkabbir ta’ 2.1% fl-2018 u ta’ 2% fl-2019 kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fiż-żona ewro.

Dan hekk kif fit-tieni nofs tas-sena, is-suq tax-xogħol se jkompli jissaħħaħ, se jonoqs id-dejn tal-familji, u se tkompli tiżdied il-fiduċja tal-konsumaturi fost affarijiet oħra.

Aħbarijiet Oħra
Partit Laburista

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat qal li l-istituzzjonijiet tal-pajjiż iridu l-ħin, l-ispazju u l-fiduċja biex jaħdmu. Qal li ż-żmien diġà ta parir u se jerġa’ jagħti parir…

Lokali

Palumbo Malta Superyachts investiet €2.5 miljun f’lift tad-dgħajjes ta’ 420 tunnellata li se jattira aktar negozju lill-gżira minn superyacths li jkunu qed ifittxu tiswija u ffittjar mill-ġdid fix-xhur tax-xitwa. Fi…

Lokali

Il-gazzetta The Sunday Times of Malta qed tirrapporta li ġie identifikat grupp ta’ żewġ Maltin jew aktar bħala suspettati li kienu l-moħħ wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. The Sunday…

Aktar