Ekonomija u Finanzi
L-ekonomija Maltija tikber b’4.9% f’termini reali fl-ewwel tliet xhur

Skont stimi proviżorji tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-ekonomija Maltija fl-ewwel tliet xhur tas-sena kibret b’4.9% f’termini reali u b’7.4% f’termini nominali.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li bejn Jannar u Marzu, il-Prodott Domestiku Gross kien ta’ €3,092 miljun wara li żdied bi kważi €214-il miljun fi tliet xhur.

It-tkabbir innutat fl-ewwel kwart tas-sena kien pass kemm kemm aktar kajman mill-istess perjodu tas-sena l-oħra. Dan wara li fid-disa xhur ta’ qabel, l-ekonomija Maltija kibret b’pass ferm iktar mgħaġġel.

Miċ-ċifri tal-NSO joħroġ li t-tkabbir ekonomiku ta’ kważi €214-il miljun fit-tliet xhur tqassam fi €72 miljun li marru f’żieda fil-pagi, 125 miljun fi profitti tal-intrapriżi u kważi 17-il miljun oħra f’taxxi.

Il-Gvern fi stqarrija osserva li din ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku ta’ 4.9%, hija l-ogħla wahda fost il-pajjiżi taż-żona ewro u hija tliet darbiet ikbar mill-medja Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Fi żmien l-adolexxenza u fl-ewwel snin taż-żgħożija, kienet tevita li tieħu ritratti, għax saret tobgħod id-dehra tagħha. Dorothy Scicluna rrakkontat ma’ TVM kif kienet konxja li hija rqiqa aktar milli…

Sigurtà

L-interventi tal-lifeguards, li huma stazzjonati fil-bajjiet Maltin, huma kruċjali u ġieli jagħmlu d-differenza bejn ħajja u mewt. Żorna wħud mill-bajjiet Maltin u tkellimna mal-lifeguards dwar is-servizz li jagħtu. Il-ġurnata tipika…

Festi

Ħadd wara l-festa ta’ Santa Marija, illum ġew iċċelebrati tliet festi li jħaddnu elementi uniċi. TVM żar il-purċissjoni ta’ Santa Liena li ssir filgħodu, l-offerta għall-irfiegħ tal-istatwa ta’ Santa Marija…

Kronaka

TVM jista’ jiżvela li t-testijiet tad-DNA fuq il-fdalijiet umani li kważi xahar ilu nstabu moħbija f’daħla f’sur tal-Belt huma ta’ Charlene Farrugia, it-tfajla ta’ 25 sena li kienet irrapportata nieqsa…

Aktar