Ekonomija u Finanzi
L-ekonomija Maltija tikber b’€281 miljun

L-ekonomija Maltija kompliet tikber fit-tielet kwart tas-sena u skont stimi proviżorji tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, il-Prodott Domestiku Gross żdied b’€281 miljun fit-tliet xhur bejn Lulju u Settembru li għadda.

L-NSO qal li f’termini reali, l-ekonomija Maltija kibret b’7.5% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra. Il-prodott Domestiku Gross fit-tielet kwart tas-sena laħaq kważi €3, 253 miljun. L-Uffiċċju tal-Istastika spjega li t-tkabbir ekonomiku ġie kalkulat kemm mill-produzzjoni, mill-konsum u mill-qliegħ.

Prattikament is-setturi kollha ġġeneraw aktar attività fl-ekonomija. Miċ-ċifri tal-NSO joħroġ li ż-żieda fil-Prodott Domestiku Gross irriflettiet ruħha f’żieda ta’ aktar minn €64 miljun fil-pagi tal-ħaddiema, kważi €163 miljun fi profitti u aktar minn €53 miljun f’taxxi

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Wara laqgħa li kellhom illejla s-sidien tal-pompi tal-petrol msieħba fil-GRTU, ftehmu li minn għada mhux se jħallu s-servizz tal-fuel bl-automatic. Dan ifisser li s-sevizz mill-pompi se jkun sas-sitta ta’ filgħaxija,…

Lokali

Fredrick Attard stqarr li m’għandux kliem biex jirringrazzja lid-donaturi tad-demm li bil-ġest tagħhom jistgħu jsalvaw lil ommu u lil oħtu li jeħtiġilhom trasfużjoni tad-demm bħala parti mill-kura kontra l-kanċer tas-sider…

Lokali

Iktar tard din il-ġimgħa, il-President Marie Louise Coleiro Preca se jkollha żjara statali fit-Turkija. Hi se tkun akkumpanjata minn delegazzjoni tan-negozju magħmulha minn 50 persuna. Delegazzjoni ta’ 50 persuna se…

Lokali

X Factor Malta jinsab ftit jiem biss ‘il bogħod mill-finali. Wara s-serata tal-bieraħ, fadal erba’ finalisti biex jintgħażel ir-rebbieħ ta’ X Factor Malta li fost oħrajn jirrapreżenta jew tirrapreżenta lil…

Aktar