
Politika
L-eks ambaxxatriċi tal-Istati Uniti għal Malta fiduċjuża li Pete Buttigieg jagħmel biċċa xogħol tajba
Gina Abercrombie Winstanley, li kienet ambaxxatur għal Malta bejn l-2012 u l-2016 fi żmien il-Presidenza ta’ Barack Obama, qalet lil TVM li l-President Joe Biden għamilha ċara li se jkun iffukkat fuq l-għaqda u l-fejqan tal-poplu.
Mistoqsija dwar Pete Buttigieg, li ngħata l-portfoll tat-trasport fil-kabinett ta’ Biden, qalet li kellha l-opportunità tiltaqa’ miegħu meta kien f’Malta biex iżur lil qrabatu.
Abercrombie Winstanley ddeskriviet qalet li Buttigieg kellu kampanja vibranti u wera kemm huwa brillanti. Esprimiet fiduċja li se jagħmel biċċa xogħol tajba u li se jibqa’ fix-xena politika.
Ara hawn l-intervista sħiħa:
Ara wkoll:
ARA: L-ewwel diskors ta’ Joe Biden bħala President tal-Istati Uniti