NGOs
L-eks Captain tal-United jagħti flokk iffirmat biex jiġi rkantat għal Puttinu

L-eks Captain tal-Manchester United u tat-tim nazzjonali Ingliż ukoll ta l-kontribut tiegħu għall-maratona ta’ 60 siegħa b’risq Puttinu.

Bryan Robson, li huwa stess iriċieva kura għall-kanċer meta marad fl-2011, iffirma flokk li se jkun irkantat biex ikomplu jinġabru l-fondi għal Puttinu.

Il-flokk mistenni jkollu domanda mill-kollezzjonisti, anki għaliex ifakkar il-ftehim storiku bejn Malta u l-United li tħabbar jumejn ilu.

F’messaġġ irrekordjat, Robson għamel appell għad-donazzjonjiet lill-Puttinu. Illum huwa l-aħħar jum tal-maratona.

Ara wkoll:

Ministri u deputati jidħlu għal logħba ballun – min rebaħ?

ARA: Kezman jaqta’ xewqtu fil-maratona ta’ Puttinu

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Żona li fiha daqs seba’ grawnds tal-futbol, li minn wied naturali nbidlet f’miżbla, qed tingħata wiċċ ġdid biex minflok tibqa’ ġerħa fin-naħa t’isfel ta’ Malta, issir attrazzjoni. Sa wieħed u…

Kultura

Infrastructure Malta appik li tibda operazzjoni delikata, biex taqla’ sħiħ mill-blat qabar tal-perjodu Puniku-Ruman, u tpoġġih fil-ġenb ta’ triq ġdida li qed tibni f’Ħ’Attard. B’hekk din is-sejba ta’ valur arkeoloġiku,…

Immigrazzjoni

TVM jinsab infurmat li matul il-lejl li għadda, grupp ta’ madwar 90 immigrant li ġew salvati fil-Mediterran fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta ttieħdu fuq vapur tal-Captain Morgan li…

COVID-19

Il-pandemija u r-reħi tar-restrizzjonijiet ġabu magħhom l-użu tal-maskra. Filwaqt li ħafna qed jużawha kif obbligati jagħmlu f’ħafna postijiet pubbliċi, osservajna li bosta qed jilbsu biex taparsi libsuha. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Promozzjoni…

Aktar