Barranin
L-eks champion tal-boxing Jeff Fenech l-isptar f’kundizzjoni serja

L-ex champion tal-boxing Malti-Awstraljan, Jeff Fenech, jinsab rikoverat fi sptar Ażjatiku fejn qed isofri minn kumplikazzjonijiet fil-pulmun u l-qalb.

Fenech, li għandu 55 sena, kien qiegħed waqt kamp ta’ taħriġ fit-Taljlandja, meta ttieħed l-isptar b’urġenza għax marad bil-pulmonite.

Iktar tard intqal li Fenech kien qed isofri wkoll minn infezzjoni f’valv tal-qalb, u se jiġi operat għada. Kien irrappurat ukoll li bintu mistennija tiżżewweġ nhar is-Sibt li ġej.

Fenech irrappreżenta lill-Awstralja fl-Olimpjadi tas-sajf tal-1984, u fl-2002 iddaħħal fl-International Boxing Hall of Fame. Huwa ħarreġ ukoll lil Mike Tyson meta dan tal-aħħar daħal lura mill-irtirar.

Aħbarijiet Oħra
Sport

B’kollox, ta’ kull sena, jidħlulha madwar 5,000 atleta. U, nhar il-Ħadd, xejn anqas, hekk kif daqstant ieħor mistennija jinġabru fl-inħawi tas-Saqqajja r-Rabat, bil-għan li jaħarqu kalorija jew tnejn. Il-Maratona ta’…

Barranin

F’Pariġi, protesta viċin l-istazzjon tal-ferrovija Gare de Lyon wassal biex żviluppa nar qawwi, bil-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili kellhom jevakwaw in-nies miż-żona. Qed ikun irrapurtat li n-nar tqabbad minn dimostranti li nġabru…

Barranin

Tal-inqas 33 suldat Tork inqatlu f’attakk mill-ajru mill-forzi tar-reġim Sirjan fil-Majjistral tas-Sirja. Il-Gvernatur tal-Provinċja ta’ Hatar, Rahmi Dogan qal li kien hemm aktar persuni midruba fil-provinċja ta’ Idlib. Aktar tard,…

Barranin

Il-bugħaddas Russu Alexey Molchanov kiser ir-rekord tal-Guinness World Record li għodos għal 180 f’tul ta’ metru f’ilma inġazzat, f’nifs wieħed. Molchanov għamel din l-isfida fi kważi tliet minuti. Huwa kien…

Aktar