Barranin
L-eks konsulent ta’ Trump jammetti li gideb lill-FBI fl-investigazzjoni dwar indħil Russu

Michael Flynn, l-eks konsulent dwar is-sigurtà nazzjonali tal-President Amerikan, ammetta li ta stqarrijiet foloz lill-FBI dwar il-laqgħat mal-ambaxxatur Russu, ġimgħat qabel Donald Trump sar President tal-Istati Uniti.

L-akkużi saru mill-konslu speċjali Robert Mueller bħala parti mill-inkjesta fl-allegat indħil Russu fl-elezzjonijiet Amerikani tal-2016.

Flynn huwa l-aktar uffiċjal għoli tal-amministrazzjoni li ġie akkużat. Huwa żvela wkoll li kien qed jikkopera fl-inkjesta ta’ Mueller.

Stqarrija li ta Flynn lill-prosekuturi timplika aktar uffiċjali għolja mit-tim uffiċjali ta’ Trump, għalkemm ma ssemmewx ismijiet. Dan jindika f’liema direzzjoni sejra l-investigazzjoni ta’ Mueller.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Salih Khater ta’ 29 sena minn Birmingham, oriġinarjament mis-Sudan, jinsab akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ diversi persuni meta saq il-karozza għal fuq ċiklisti u persuni li kienu mexjin barra l-Parliament…

Barranin

L-Ekwador daħħal reġoli ġodda sabiex iwaqqaf immigranti mill-Venezwela milli jidħlu fil-pajjiż mingħajr passaport. Ir-regoli ħallew lil ħafna maqbudin fil-pajjiż ġar, il-Kolombja. Eluf ta’ persuni mill-Venezwela qed jitilqu minn pajjiżhom minħabba…

Barranin

Telgħu għal 43 il-vittmi tat-traġedja li seħħet f’Genova nhar it-Tlieta meta ġġarrfet parti sostanzjali tal-ponte Morandi. Is-Sibt sar il-funeral statali ta’ 19 minn dawn il-vittmi. TVM tkellem ma’ żagħżugħa minn…

Barranin

Meqjus bħala wieħed mill-iktar diplomatiċi ewlenin fid-dinja u l-ewwel Afrikan ta’ ġilda skura li laħaq Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, Kofi Annan miet fl-età ta’ 80 sena. Huwa miet l-Iżvizzera wara…

Aktar