Lokali
L-Eks Kummissarju Ewropew Karmenu Vella maħtur bħala Konsulent dwar l-Avjazzjoni

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg ħatar lill-Eks Kummissarju Ewropew Karmenu Vella bħala Konsulent dwar l-Avjazzjoni.

Il-Ministru Ian Borg qal li Karmenu Vella għandu esperjenza vasta f’diversi setturi importanti għall-pajjiż, mhux l-inqas fl-avjazzjoni.

Karmenu Vella rringrazzja lill-Ministru Borg tal-fiduċja li qed juri fih. Huwa żied jgħid li għalkemm m’għadux direttament involut fil-politika, xorta waħda jħares ’il quddiem sabiex bl-esperjenza li kiseb tul is-snin ikompli jagħti kontribut biex ikomplu jitmexxew ’il quddiem bosta setturi, fosthom dak tal-avjazzjoni.

Vella serva bħala Ministru responsabbli mix-Xogħlijiet Pubbliċi u Infrastruttura bejn l-1981 u l-1983, Ministru responsabbli mill-Industrija u t-Trade bejn l-1984 u l-1987, Ministru responsabbli mit-Turiżmu bejn l-1996 u l-1998 u Ministru responsabbli mit-Turiżmu u l-Avjazzjoni bejn l-2013 u l-2014. Huwa serva bħala l-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent, il-Marittimu u s-Sajd bejn l-2014 u l-2019.

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar