Kurżitajiet
L-eks mudella Linda Evangelista titlob €42 miljun lill-kumpanija li “sfiguratha”

Linda Evangelista, waħda mill-iktar ismijiet magħrufa fix-xena tal-immudellar, qed titlob kumpens ta’ $50 miljun, ekwivalenti għal €42 miljun, lil kumpanija għax qed iżżommha responsabbli talli sfiguratha waqt proċeduri kożmetiċi.

Il-Kanadiża ta’ 56 sena rrikorriet għall-Instagram biex tgħid li ħames snin ilu għamlet proċedura biex tneħħi ammont ta’ xaħam.

“Lis-segwaċi tiegħi li staqsew għaliex ma kontx għadni naħdem meta kollegi tiegħu baqgħu jagħmlu suċċess ngħidilhom li ġejt sfigurata mill-proċedura tal-kumpanija Zeltiq imsejjħa Cool Sculpting li għamlet l-oppost ta’ dak li wegħdet”.

Evangelista qalet li l-postijiet minn fejn neħħiet ix-xaħam spiċċaw intefħu u dan kissrilha l-karriera, ġabilha dwejjaq u spiċċat ma toħroġx mid-dar.