Barranin
L-eks President tal-Afrika t’Isfel jeħel 15-il xahar ħabs

L-eks President tal-Afrika t’ Isfel, Jacob Zuma, ingħata sentenza ta’ ħmistax-il xahar ħabs.

Dan wara li l-Qorti Kostituzzjonali sabitu ħati li m’obdiex l-ordnijiet tagħha li jidher fil-Qorti sabiex jixhed f’inkjesta pubblika li kellha titratta l-korruzzjoni li seħħet waqt li hu kien president.

Zuma issa ngħata ħamest ijiem ċans sabiex jagħti ruħu lill-Pulizija, fejn jekk ma jagħmilx dan, il-ministru responsabbli għandu jordna mandat t’arrest fil-konfront tiegħu.

Iż-żmien li Zuma dam president, jiġifieri sal-2018, kien imtappan b’allegazzjonijiet serji ta’ korruzzjoni, fejn negozjanti kienu akkużati li ħallsu l-politiċi sabiex jinfluwenzaw it-tmexxija tal-pajjiż.