Barranin
L-eks President tal-Katalonja arrestat

L-eks President tal-Katalonja, Carles Puigdemont ġie arrestat f’Sardenja.

Huwa nżamm mill-Pulizija malli wasal fl-ajruport ta’ Alghero wara li l-awtoritajiet Spanjoli kienu ħarġu mandat ta’ arrest Ewropew fil-konfront tiegħu. Huwa kien qed jiġi mfittex fuq akkużi ta’ ribelljoni.

L-eks President Katalan kien f’Alghero biex jattendi għal taħditiet mal-president tar-reġjun, Christian Solinas u mal-president tal-kunsill reġjonali ta’ Alghero, Michele Pais. Alghero hija l-unika belt Taljana fejn jiġi mitħaddet il-Katalan.

Puigdemont ittieħed il-ħabs ta’ Sassari.

Skont rapporti fil-midja Spanjola, Puigdemont mistenni jitressaq il-Qorti dalgħodu stess għall-ħabta tad-9am, fejn se jiġi deċiż jekk għandux jinħeles jew jekk għandux jiġi estradit lejn Spanja.