Barranin
L-eks President tas-Sudan se jkun akkużat b’ġenoċidju

L-eks-President tas-Sudan Omar al-Bashir mistenni jitressaq quddiem il-Qorti Internazzjoni tal-Ġustizza, akkużat li 17-il sena ilu qatel għadd kbir ta’ nies f’Darfur.

Fil-kunflitt mar-ribelli jingħad li nqatlu madwar kwart ta’ miljun persuna u żewġ miljun u nofs oħra kellhom iħallu djarhom u jfittxu kenn f’postijiet jew pajjiżi oħra. Bashir ser jiffaċċja akkużi li ordna l-qtil ta’ dimostranti li ħadmu biex jitneħħa mill-poter.

Il-Gvern tas-Sudan f’taħditiet mar-ribelli qal li ma tistax isseħħ il-paċi jekk ma ssirx ġustizzja u dawk responsabbli għall-ġenocidju jitressqu l-Qorti.

Kelliem għall-Gvern qal li hemm bżonn li titfejjaq il-ferita u għalhekk il-Gvern iddeċieda li dawk kollha li setgħu kienu responsabbli għall-ġenoċidju, fosthom l-eks President Bashir li tneħħa mill-poter f’April tas-sena l-oħra, jittieħdu quddiem il-ġustizzja.

Bashir kien ħa l-poter f’idejh permezz ta’ kolp ta’ stat fl-1989 u ggverna lis-Sudan b’id tal-ħadid.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’Pariġi, protesta viċin l-istazzjon tal-ferrovija Gare de Lyon wassal biex żviluppa nar qawwi, bil-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili kellhom jevakwaw in-nies miż-żona. Qed ikun irrapurtat li n-nar tqabbad minn dimostranti li nġabru…

Barranin

Tal-inqas 33 suldat Tork inqatlu f’attakk mill-ajru mill-forzi tar-reġim Sirjan fil-Majjistral tas-Sirja. Il-Gvernatur tal-Provinċja ta’ Hatar, Rahmi Dogan qal li kien hemm aktar persuni midruba fil-provinċja ta’ Idlib. Aktar tard,…

Barranin

Il-bugħaddas Russu Alexey Molchanov kiser ir-rekord tal-Guinness World Record li għodos għal 180 f’tul ta’ metru f’ilma inġazzat, f’nifs wieħed. Molchanov għamel din l-isfida fi kważi tliet minuti. Huwa kien…

Barranin

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Apple, Tim Cook, ħabbar li s-sena d-dieħla l-kumpanija se tkun qed tiftaħ l-ewwel ħwienet tagħha fl-Indja. Hu ħabbar dan waqt laqgħa tal-azzjonisti, fejn qal li l-kumpanija kellha…

Aktar