Lokali
AĠĠORNAT: Iż-żewġ akkużati bi qtil ta’ Lassana Cisse Souleymane ma jingħatawx il-ħelsien mill-arrest

Waqt li kompliet il-kumpilazzjoni ta’ Lorin Scicluna u Francesco Fenech li jinsabu akkużati fost oħrajn li qatlu lil Lassana Cisse Souleymane f’April illi għadda f’Hal Far, il-Maġistrat Ian Farrugia ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest taż-żewġ akkużati.

Il-Maġistrat Ian Farrugia, kompla jisma’ x-xhieda fil-kaz ta’ Lorin Scicluna u Francesco Fenech li jinsabu mixlija fost oĦrajn bil-qtil razzista tal-immigrant Lassana Cisse Souleymane li nqatel b’tiri sparatI minn karozza f’Ħal Far f’April li għadda.

Fis-seduta xehdet Mariah Bongailas, l-eks sieħba ta’ Scicluna. Hija xehdet li kienet taraha stramba li Lorin kienet taqbiżlu dwar l-immigranti. Qalet li anke kellu biża’ li l-immigranti se jispiccaw jikkmandaw huma. Xehdet li kienet tgħidlu biex ma jagħtix kas u jħallihom jgħixu ħajjithom. Fost oħrajn xehdet li lejlet li ġie arrestat, Lorin qalilha li kien involut f’hit and run li fiha ttajjar persuna ta’ karnaġjon skur.

Hija kkonfermat li wara l-isparatura, Lorin għamel biddliet fil-karozza Toyota Starlet li allegatament intużat fir-reat. Qalet li t-tibdil kien jikkonsisti billi electrical tape, stickers u biddel il-mirja tal-ġnub biex ma tintgħarafx. Ix-xhud qalet li kienet ilha f’relazzjoni ma’ Scicluna kważi 3 snin u ħassret ftit wara li ġie arrestat.

L-Ispettur Joseph Gerada xehed li l-karozza użata fid-delitt ġiet intraċċata minn filmati tal-kameras tas-sigurtà. Qal li l-pulizija flew lista ta’ sidien li għandhom karozza tal-istess għamla sakemm waslu għal dik ta’ Scicluna. Huwa kompla jgħid li l-pulizija ġew elevati filmati oħrajn minn garaxx f’Raħal Ġdid li fihom l-akkużati jidhru jagħmlu bidliet fil-karozza.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Kull sena f’Malta jfeġġu madwar 20 każ ta’ kanċer fit-testikoli. Hu stmat li kull sena jmutu żewġt irġiel b’dan il-kanċer. Stħarriġ li sar ix-xahar li għadda wera li tnejn minn…

Kronaka

Lejlet it-tieni anniversarju mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia tnieda rapport imħejji minn Reporters Without Borders u The Shift News dwar ċ-ċirkostanzi li fihom seħħ il-qtil, l-investigazzjoni li saret dwaru, ir-reazzjoni…

Immigrazzjoni

L-AFM għaddejja b’operazzjoni ta’ salvataġġ biex issalva 76 immigrant, fosthom 15-il mara li wħud minnhom qed iġorru tarbija, li jinsabu f’diffikultà bejn sema u ilma. Id-dgħajsa, li fuqha jinsabu l-immigranti,…

Kronaka

George Degiorgio, wieħed mit-tliet irġiel akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, talab mill-ġdid għas-sospensjoni tal-proċeduri kontrih. L-avukat ta’ Degiorgio, Dr William Cuschieri talab lill-Prim Awla biex tissospendi l-proċeduri kontrih fil-Qorti…

Aktar