Barranin
L-elezzjoni ta’ Brexit: stennija għall-exit polls wara l-11 pm

Jaf tkun elezzjoni deċiżiva – għallinqas dwar Brexit – dik li qed issir illum fir-Renju Unit. Iżda jaf ukoll li r-riżultat ma jwassalx għal soluzzjoni konklussiva speċjalment jekk ħadd mill-partiti ma jġib maġġoranza assoluta ta’ deputati fil-House of Commons. L-ewwel indikazzjonijiet huma mistennija mal-exit polls, f’għeluq il-postijiet tal-votazzjoni, fil-ħdax tal-lejla.

L-Unjoni Ewropea kollha qed tistenna b’ħerqa r-riżultat tal-elezzjoni fir-Renju Unit bit-tama li fl-aħħar il-kapitlu Brexit jingħalaq darba għal dejjem.

Il-mexxejja tal-partiti ewlenin kollha xeħtu l-vot tagħhom il-Prim Ministru u Kap tal-Partit Konservattiv Boris Johnson, li miegħu ħa l-kelb, baqa’ jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Ingliżi jivvutaw għal kandidati li lesti jivvutaw favur il-ftehim li huwa laħaq mal-Unjoni Ewropea f’Ottubru li għadda biex b’hekk Brexit iseħħ mill-aktar fis.

Johnson ma kienx l-uniku wieħed li ħareġ jivvota bil-pet. Għamlu bħalu eluf ta’ votanti li fuq twitter tefgħu ir-ritratti tagħhom mal-annimal favorit fil-post tal-votazzjoni.

Il-mexxej tal-Laburisti Jeremy Corbyn f’mument minnhom talab għall-kalma fil-post tal-votazzjoni għax iltaqa’ ma’ kandidat-karattru.

Corbyn mexxa kampanja ffukata fuq temi nazzjonali bħall-NHS u l-kura tas-saħħa, filwaqt li fuq Brexit wiegħed l-innegozjar mill-ġdid ta’ ftehim ieħor u mbagħad qal li lest isejjaħ referendum ieħor dwaru.

Dawk li l-aktar qed jopponu Brexit b’saħħa huma żewġ partiti immexxija min-nisa. Il-Liberal Demokratiċi immexxija minn Jo Swinson mistennija jibqgħu it-tielet partit fuq livell nazzjonali… u Nicola Sturgeon tal-Partit Nazzjonali tal-Iskozja. L-ammont ta’ siġġijiet li Sturgeon mistennija ġġib fil-House of Commons jaf ikun kruċjali.

Filwaqt li l-istħarriġ baqgħu jindikaw li l-Konservattivi se jirbħu u Johnson se jerġa’ jkun Prim Ministru, ir-riżultat jibqa’ inċert kemm minħabba li t-turnout jaf ikun fattur li jiddetermina r-riżultat, kif ukoll għaliex aktar minn qatt qabel din tista’ tkun elezzjoni li fiha jkun hemm ħafna li jivvutaw b’mod tattiku.

Il-postijiet tal-votazzjoni fetħu fis-sebgħa ta’ filgħodu u jagħlqu fl-10 ta’ filgħaxijaħin ta’ Londra – il-11 tal-lejla ħin ta’ Malta. L-exit polls mistennija jagħtu indikazzjoni mill-ewwel ta’ min se jirbaħ din l-elezzjoni, għalkemm teisti wkoll il-possibilita’ li l-ebda partit ma jġib maġġoranza assoluta u dan ikun ifisser li r-riżultat aħħari ndumu biex insiru nafuh sa sbieħ il-Ġimgħa filgħodu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Aktar minn 1,187,900 każ ta’ coronavirus fid-dinja. L-imwiet bil-Covid-19 qabżu l-64,000. Fl-aħħar 24 siegħa fi Spanja mietu 809 persuni bil-COVID-19 filwaqt li ftit aktar minn 7,000 irriżultaw pożittivi għal virus. B’kollox…

Barranin

F’ittra indirizzata lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula Von Der Leyen, il-Prim Ministru Taljan qalilha biex tlesti ruħha għar-riskji. L-Italja, li tibqa’ sal-lum l-aktar pajjiż Ewropew li ntlaqat mill-Coronavirus b’aktar minn 14,000…

COVID-19

Ġirja kontra l-ħin fir-Renju Unit fil-ġlieda kontra t-tifrix tal-COVID-19. B’numru s’issa rekord ta’ mejta f’24 siegħa – 684 ruħ li mietu kawża tal-Coronavirus. Qed jinbnew sptarijiet ġodda, fosthom l-isptar ta’…

COVID-19

In-numru ta’ Amerikani bla xogħol reġa’ żdied għal numri rekord, għat-tieni ġimgħa konsekuttiva. Iktar minn 6.6 miljun persuna marru jirreġistraw għax-xogħol sat-28 ta’ Marzu, qal id-Dipartiment tax-Xogħol, iktar mid-doppju tal-ġimgħa…

Aktar