Lokali
L-EMA tapprova t-tilqima kontra l-Covid lil tfal ta’ bejn il-5 u l-11-il sena

L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini approvat li t-tilqima kontra l-corona PfizerBioNTech tingħata lil tfal ta’ bejn il-5 u l-11-il sena.

L-aġenzija qed tirrakkomanda li t-tfal jingħataw terz tad-doża maqsuma f’darbtejn.

Il-kumpaniji qalu li studji kliniċi fuq tfal ta’ bejn il-ħamsa u l-ħdax-il sena juru li t-tilqima hija kważi 91% effettiva kontra l-coronavirus.

Il-Kummissjoni Ewropea għad trid tagħti l-approvazzjoni finali.