Lokali
L-emendi dwar l-IVF jgħaddu minn Kumitat Parlamentari

L-emendi fil-liġi għall-protezzjoni tal-embrijun jonqoshom l-approvazzjoni fit-tielet qari fil-Parlament. Dan wara tliet seduti li ħadu madwar għaxar sigħat ta’ diskussjoni, il-kumitat Parlamentari għal kunsiderazzjoni tal-abbozz ta’ liġijiet approva l-emendi proposti b’xi emendi. L-Oppożizzjoni qalet li bl-emendi flok naqsu ser jiżdiedu l-embrijuni ffriżati, filwaqt li l-Gvern qal li l-Oppożizzjoni saħansitra vvutat kontra emenda li kien imnebbħa minn Deputata tal-Oppożizzjoni.

Il-Kumitat għal konsiderazzjoni tal-abbozzi ta’ liġijiet li kien qed jiddiskuti emendi għal liġi dwar il-protezzjoni tal-embrijun temm ix-xogħol tiegħu bl-approvazzjoni tal-emendi li għaddew b’division.

Il-Membri tal-Oppożizzjoni fil-kumitat fost oħrajn ivvutaw kontra emenda li tressqet mid-deputat Prim Ministru Chris Fearne fuq proposta tad-Deputat Nazzjonalista Maria Deguara li kienet tipprovdi biex il-ġenituri prospettivi li jagħmlu l-IVF ikollhom sehem fid-deċiżjoni mat-tim multidixxiplinarju dwar kemm bajd jistgħu jiġu fertilizzati f’kull ċiklu sakemm dawn ma jkunux aktar minn ħames bajdiet.

L-Oppożizzjoni qalet li hija ma taqbilx mal-emenda għaliex biha xorta ser twassal għall-iffriżar tal-embrijuni. Id-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech ried li l-klawsola li tipprovdi għall-iffriżar tal-embrijuni titneħħa għal kollox u ressaq ukoll emenda biex fi kliemu tnaqqas iċ-ċirkustanzi tal-iffriżar, iżda l-emenda tiegħu ma għaddietx.

B’reazzjoni, il-Partit Nazzjonalista qal fi stqarrija li n-nies ma ngħatawx l-assigurazzjoni li dan it-tibdil fil-liġi tal-IVF se tiġi mħarsa l-ħajja umana. Qal li l-Gvern ma aċċetta l-ebda emenda mressqa mill-Oppozizzjoni u biddel il-proviżjonijiet tal-ligi biex żied in-numru ta’ embrijuni li jistgħu jiġu ffriżati sa mill-ewwel ċiklu.

Min-naħa l-oħra, il-Partit Laburista qal li l-atitudni tal-Oppożizzjoni turi li ma tifhimx il-weġgħat tal-familji li għandhom bżonn bidla fil-liġi tal-IVF. Qal li b’hekk reġgħet ħarġet id-differenza bejn Gvern u Oppożizzjoni li tgħalaq għajnejha u widnejha għall-karba ta’ familji li jixtiequ l-liġi ttihom opportunità ikbar li jsiru ġenituri.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Malcolm Pisani nieda s-single ġdida bl-isem ‘RISE’, kanzunetta li hi ddedikata lill-Fondazzjoni Rise. B’din il-kanzunetta, Malcolm jixtieq iwassal messaġġ li jekk fil-ħajja tħossok imkisser u bla tama, m’għandekx taqta’ qalbek….

Qorti

Steven Jones ta’ 50 sena mir-Renju Unit tressaq il-Qorti akkużat li fit-23 ta’ Mejju għamel danni fuq il-proprjetà privata f’San Ġiljan waqt li kien fis-sakra. Huwa ammetta l-akkużi u ngħata…

Lokali

7 sigaħt ilu fetħu l-postijiet tal-votazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali. Matul dan il-ħin kienu diversi li marru jivvutaw fosthom il-President George Vella, il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni…

Aktar