Avjazzjoni
L-Emirates terġa’ tibda ttir lejn 9 destinazzjonijiet minn 3 ijiem oħra

Il-linja tal-ajru Emirates se terġa’ tibda topera titjiriet lejn disa’ destinazzjonijiet li huma Londra, Frankfurt, Pariġi, Milan, Madrid, Chicago, Toronto, Sydney u Melbourne.

It-titjiriet se jibdew mill-21 ta’ Mejju, dejjem jekk ikun hemm l-approvazzjoni tal-Gvernijiet. Fi stqarrija l-Emirates qalet li se tkun qed toffri ‘connection flights’ f’Dubai għall-passiġġieri li jivjaġġaw bejn ir-Renju Unit u l-Awstralja.

Il-passiġġieri se jkunu aċċettati fuq dawn it-titjiriet jekk ikunu konformi mal-eliġibilità u l-kriterji tad-dħul tal-pajjiżi fejn sejrin inkluż l-approvazzjoni għar-residenti tal-Emirati Għarab Magħquda jekk dawn jixtiequ jirritornaw Dubai.

L-Emirates qalet li se tkun qed issegwi diversi miżuri ta’ sigurtà għall-benefiċċju kemm ta’ saħħet il-passiġġieri kif ukoll tal-membri tal-istaff tal-kumpanija.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Riċerkaturi Ingliżi għaddejjin b’ħidma intensiva fejn qed janalizzaw eluf ta’ pazjenti morda bil-Covid-19 biex jippruvaw isolvu l-misteru ta’ din il-marda; l-għaliex għal xi wħud hija fatali mentri oħrajn kulma jaqbadhom…

Barranin

Il-Gwardja Nazzjonali fl-Istati Uniti ntbagħtet f’Minneapolis wara jumejn ta’ ġlied qalil minħabba l-qtil ta’ George Floyd ta’ 46 sena. Huwa nqatel minn pulizija li fgah b’għarkupptejh waqt li kien qed…

Barranin

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson ħabbar li minn nhar it-Tnejn, l-għadd ta’ persuni li jistgħu jiltaqgħu barra tela’ għal sitta, b’dawk li mhumiex mill-istess residenza iridu joqgħodu żewġ metri…

Relazzjonijiet Industrijali

Il-Ministru għall-Ekonomija, Silvio Schembri, appella lill-bdoti tal-Air Malta biex jimxu fuq il-passi tal-cabin crew, li fi kliemu għamlu sagrifiċċji kbar meta aċċettaw ftehim kollettiv ġdid, li bih ser jitħallsu skont…

Aktar