Barranin
L-Emirati Għarab Magħquda bl-ewwel missjoni spazjali tagħhom fuq Mars

L-Emirati Għarab Magħquda varaw l-ewwel missjoni spazjali tagħhom fuq Mars permezz ta’ probe fuq rocket tat-tip H2A mill-port spazjali ta’ Sanegashima fil-Ġappun.

Bħalissa dan ir-rocket jinsab fuq vjaġġ ta’ ħames mitt miljun kilometru biex permezz tal-istrument li jissejjaħ probe, jistudja t-temp u l-klima tad-dinja.

Il-ġimgħa li għaddiet ppruvaw itellgħu dan ir-rocket iżda l-attività ġiet ikkanċellata minħabba l-maltemp. Huwa mistenni li dan ir-rocket li fuqu hemm il-probe bl-isem ta’ The Hope għandu jasal fuq Mars fi Frar tas-sena d-dieħla u li jekk jirnexxi jasal, dan se jaħbat eżatt mal-ħamsin anniversarju tal-formazzjoni tal-Emirati Għarab Magħquda. Sarah Al Amiri, ix-xjentista li qed tmexxi din il-missjoni spazjali qalet li l-eċċitament ta’ din il-missjoni tista’ titqabbel ma’ ta’ Apollo, bl-ewwel żjara fuq il-qamar wieħed u ħamsin sena ilu.