Toroq
L-Enemalta tgħid li qed tħaffef biex tlesti x-xogħol fi Triq Għajn Tuffieħa

L-Enemalta qalet li qed tagħmel l-almu tagħha biex jitlesta fl-iqsar żmien possibbli x-xogħol fi Triq Għajn Tuffieħa.

Ix-xogħol f’din it-triq huwa parti mill-proġett għat-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fl-inħawi tal-Imġarr f’Malta, liema proġett qiegħed fi stadju avvanzat.

L-Enemalta qalet li x-xogħol jinvolvi t-tħaffir ta’ trinka biex jitpoġġa cable tal-11kV fit-triq, li f’parti minnha t-traffiku qed ikollu jgħaddi minn karreġġjata waħda.

L-Enemalta skużat ruħha għal kwalunkwe inkonvenjent.