Lokali
L-Enemalta tipposponi x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni skedati minħabba tiswijiet urġenti marbuta mas-sħana

L-Enemalta qalet li fl-isfond ta’ mewġa qawwija ta’ sħana li qed tolqot il-gżejjer Maltin, l-Enemalta qegħda tipposponi l-iskeda ta’ xogħlijiet regolari ta’ manutenzjoni fuq is-sistema tad-distribuzzjoni tagħha, ħlief għal xogħlijiet essenzjali.

Fuq Facebook, l-Enemalta qalet li l-inġiniera u t-tekniċi tal-Enemalta bħalissa huma kollha mmobilizzati biex jagħmlu t-tiswijiet ta’ emerġenza. Għaldaqstant, anke biex jitnaqqas l-inkonvenjent għall-pubbliku, ġie deċiż li l-iskeda ta’ xogħlijiet ta’ manutenzjoni regolari li kienu ppjanati għal dawn il-jiem se tiġi riveduta u se ssir biss il-manutenzjoni essenzjali.

Il-lista aġġornata se tinħareġ aktar tard.