Enerġija
L-enerġija ġġenerata mill-pannelli fotovoltajċi tiżdied b’20.5%

Matul is-sena li għaddiet l-enerġija ġġenerata mill-pannelli fotovoltajċi mqabbdin mal-‘grid’ nazzjonali tal-elettriku żdiedet b’20.5% fuq dik iġġenerata fl-2019.

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li matul l-2020 ġew iġġenerati mill-pannelli 233.1 Gigawatt fis-siegħa.

In-numru ta’ pannelli fl-2020 ammontaw għal 29,339, 6.8% aktar mill-2019, li minnhom 85% kienu f’Malta u 15% f’Għawdex.

L-istatistika turi wkoll li 93.6% tal-pannelli kienu fuq id-djar, 5.5% f’postijiet kummerċjali u 0.9% f’postijiet li jaqgħu taħt is-settur pubbliku.