Enerġija
L-enerġija – il-proġetti u l-proposti diskussi llejla f’Xtra

Illejla l-programm Xtra se jiddiskuti s-settur tal-enerġija f’pajjiżna, dak li qed jagħmel il-Gvern f’dan is-settur u x’qed tipproponi l-Oppożizzjoni.

Mistednin għall-programm hemm il-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli, id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus kif ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta l-Inġinier Jason Vella u l-lettur dwar l-iżvilupp sostenibbli fl-Università ta’ Malta Luciano Mule’ Stagno.

Xtra jixxandar illejla fid-9pm fuq Television Malta.