Enerġija
L-enerġija u l-immaniġġjar tal-ilma – il-proġetti ta’ ministeru b’oqsma strateġiċi

L-ippjanar u t-twettieq ta’ proġetti u inizjattivi mill-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma ġew trattati f’konferenza bis-sehem ta’ l-ogħla uffiċjali ta’ dipartimenti u aġenżiji fi ħdan ministeru li għandu f’idejh żewġ oqsma strateġiċi.

B’viżjoni li titwassal il-provvista tal-elettriku u tal-ilma bl-aktar mod sostenibbli, sigur, ta’ kwalità għolja u bi prezzijiet affordabbli, il-Ministeru tal-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma għaddej b’ħidma fuq diversi proġetti bil-għan li jilqa’ għall-isfidi tal-lum u ta’ għada.

F’rendikont dwar il-ħidma tal-Ministeru, il-Ministru Joe Mizzi semma fost oħrajn li qed titħejja applikazzjoni għal ko-finanzjament b’fondi mill-Unjoni Ewropea għall-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija – proġett li mistenni jiswa €350 miljun. Il-Ministru Mizzi qal li għaddejjin diskussjonijiet ukoll biex isiru studji dwar il-possibilità li jintuża l-baħar biex tkun iġġenerata l-enerġija rinovabbli.

“Qed naraw li permezz ta’ proġetti li qed nagħmlu, anki t-teknoloġija li qed nagħmlu, f’dawn l-oqsma qed nimmiraw u bil-pjan li għamilna biex inleħħqu l-miri tagħna anki fejn tidħol l-enerġija li ġejja minn sorsi rinnovabbli u anki wkoll fejn tidħol il-kwalità tal-ilma u fl-istess ħin iridu naraw li nipproteġu l-aquafer ukoll.”

Il-Ministru Mizzi semma l-proġett mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li b’investiment ta’ €150 miljun ser itejjeb il-kwalità tal-ilma tal-vit u l-bini ta’ Revereses Osmosis f’Għawdex.

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni, Mario Cutajar qal fis-servizz pubbliku il-Gvern għandu tliet miri.

“Li s-servizzi pubbliċi jkunu maġenbek u jkun faċli taċċesshom kuljum is-sena kollha. Il-viżjoni li jmiss hi li inti tagħti l-informazzjoni lill-Gvern darba u l-aħħar viżjoni hija li jingħata servizz ta’ eċċellenza.”

Is-sur Cutajar qal li dawn huma msejsa fuq il-prinċipju li s-servizz pubbliku jrid jaqdi l-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini.

 

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

Ir-Renju Unit u l-Olanda huma l-ewwel pajjiżi li bdew jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Se jkunu kważi 427 miljun ċittadin tat-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea (UE) li se jivvutaw bejn illum u…

Elezzjoni

F’attività oħra fil-Fgura l-Erbgħa tard filgħaxija, il-Mexxej Laburista rrefera għad-dibattitu bejnu u bejn il-Kap tal-Oppożizzjoni u qal li matulu Adrian Delia kkonferma kemm il-Partit Nazzjonalista tilef lilu nnifsu. Fost affarijiet…

Elezzjoni

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat qal li hu l-iktar prim ministru li reħa poteri minn idejh. Dr Muscat qal li l-prim ministri kollha ta’ qablu kellhom aktar…

Aktar