Ambjent
L-ERA b’ħidma għal kwalità ta’ arja aħjar

L-ERA tfakkar il-Jum Internazzjonali tal-Arja Nadifa (7 ta’ Settembru) b’għan li tkompli taħdem għal kwalità ta’ arja aħjar fil-gżejjer Maltin.

Dan qalitu fi stqarrija fejn qalet ukoll li se tkompli tqajjem kuxjenza dwar l-importanza ta’ arja nadifa.

Ta’ kuljum, l-ERA tosserva l-kwalità tal-arja bis-saħħa ta’ diffusion tubes madwar il-gżejjer Maltin fejn jinħarġu riżultati dak il-ħin stess minn żoni speċifiċi bħaż-Żejtun, l-Għarb, l-Imsida u Ħ’Attard.

L-informazzjoni miġbura minn dan it-tgħamir speċifiku turi kif Malta bħall-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea tħabbat wiċċha mal-isfida tat-tniġġis tal-arja, bis-sors ewlieni tiegħu ġej mit-traffiku.

L-ERA qalet li l-pandemija ġabet magħha riżultati straordinarji f’dak li għandu x’jaqsam mal-kwalità tal-arja. L-istazzjon fl-Imsida, li jikkalkulka l-kwalità tal-arja, irreġistra tnaqqis ta’ 50% fil-livelli ta’ dijossidju tan-nitroġenu, tip ta’ tniġġis li ġej primarjament mit-traffiku.

Fi sforzi biex titqajjem aktar kuxjenza u wasla għall-bidla, l-ERA żviluppat programm marbut mal-kontroll tat-tniġġis tal-arja, politika li tiffoka fuq miżuri tat-traffiku.

Din il-politika tinkoraġixxi l-użu ta’ trasport sostenibbli u attivitajiet marbuta mal-monitoraġġ tal-kwalità tal-arja speċjalment fl-iskejjel.