Ambjent
L-ERA qed tistudja l-preżenza tad-degu f’Malta

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) qalet li qed tistudja l-preżenza tad-degu f’Malta, li huwa speċi aljena għall-gżejjer tagħna.

Dan il-far, li joriġina miċ-Ċilì, x’aktarx inġieb Malta bħala annimali domestiku u ħarab jew ġie rilaxxat fis-selvaġġ. Dan l-ispeċi huwa magħruf ukoll bl-isem Octogon degu, Chilean Rat u Common Degu.

L-ERA qalet li minkejja xi esperti jemmnu li dan il-far mhux se jgħix fis-sajf niexef ta’ Malta, wieħed irid jikkonsidra l-preżenza ta’ widien umdużi u nixxiegħat perennjali.

Għalhekk, b’kollaborazzjoni ma’ entitiajiet oħra waqqfet proċess ta’ rispons rapidu biex tkun ikkontrollata l-firxa ta’ din l-ispeċi, b’mod partikolari fil-Buskett.