Lokali
L-ERA tappella deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar żvilupp fuq ridge edge fiż-Żebbuġ

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) isottomettiet appell minn deċiżjoni meħuda mill-Awtorità tal-Ippjanar li biha ġie approvat, żvilupp ta’ villa qrib Sqaq Anton Mallia, iż-Żebbuġ, Għawdex.

Fi stqarrija l-ERA qalet l-iżvilupp kif propost ser jeradika kompletament il-cliff edge u jifformalizza sit li bħalissa huwa pristin, filwaqt li joħloq belveder għall-użu privat. Is-sit li fih jinsab l-iżvilupp propost huwa sensittiv u l-iżvilupp imur kontra l-objettivi tal-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Iżvilupp (SPED).

L-ERA ssostni illi dan l-iżvilupp ser joħloq impatt viżiv qawwi u ser jisfreġja cliff edge. Dan l-istess konċern kien imqajjem ukoll mis-Sovrintendentza tal-Patrimonju Kulturali (SCH) li bħala konsulenti esterni ukoll oġġezzjonaw għal dan l-iżvilupp u saħqu li se jinħoloq impatt viżiv qawwi.

Quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-ERA qed topponi l-fatt li mingħajr ebda spjega, il-Kummissjoni tal-Ippjanar injorat dak li mressaq quddiemha mill-Case Officer tal-Awtorità tal-Ippjanar mill-konsulenti esterni u mill-objectors. Barra minn hekk, il-Kummissjoni approvat dan il-permess mingħajr ma kellha quddiemha l-informazzjoni kollha li kienet mitluba lill-applikant waqt il-proċess mill-ERA, mid-Design Advisory Committee u saħansitra mid-Direttorat tal-Ippjanar.

L-ERA ssostni li l-Kummissjoni injorat il-fatt li tliet kwarti tas-sit jinsab barra miż-żona tal-iżvilupp. L-ERA temmen li l-Kummissjoni kienet selettiva u kkonsidrat biss il-parti tal-iżvilupp li tinsab fiż-żona ta’ żvilupp. Il-proposta għall-iżvilupp kellha tiġi evalwata bil-policies kollha applikabbli, inkluż dawk li jirrigwardaw l-ODZ. Fi kliem l-ERA, il-Kummissjoni  “għalqet għajnejha għall-ħolistiċita tal-proposta u rat ma’ xiex iggranfat biex tapprova dan l-iżvilupp”.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

L-imxija tal-Coronavirus kompliet tinfirex f’diversi pajjiżi fl-Ewropa, waqt li l-Italja l-iktar li għandha każi fl-Ewropa tidher li dieħla f’riċessjoni minħabba c-coronavirus. L-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin għal darb’oħra kkonferma li s’issa m’hawn…

Qorti

L-eks Direttur Ġenerali tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, Andre Camilleri qal li l-bank Pilatus ingħata l-liċenzja qabel irtira hu mill-Awtorità fl-2014 u ma kien hemm l-ebda raġuni għaliex il-bank ma kellux…

Qorti

Il-Qorti Kostituzzjonali ordnat lill-Gvern jikkumpensa €20,000 lill-koppja Cachia minn Tas-Sliema wara li nkiser id-dritt tagħhom li jgawdu l-proprjetà b’valur potenzjali ta’ €700,000 minħabba liġijiet antiki tal-kera li minħabba fihom id-dar…

Qorti

Il-Qorti tal-Appell Kriminali kkonfermat sentenza ta’ 10 snin ħabs li ngħata raġel li nstab ħati li abbuża sesswalment minn kuġintu fuq perjodu ta’ seba’ snin minn meta kellha seba’ snin….

Aktar