Ambjent
L-ERA tapprova l-istudju dwar l-impatt ambjentali tal-pipeline tal-gass

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) approvat l-istudju dwar l-impatt ambjenti li jkollu pipeline tal-gass bejn Malta u l-Italja.

L-ERA talbet li jsir dan l-istudju fl-2017 peress li s-sit f’Malta minn fejn il-pipeline se jingħaqad ma’ Gela fi Sqallija jinsab f’siti ta’ Natura 2000.

Ir-rapport kien ippreżentat lill-ERA fi Frar 2020 u wara li flietu semgħet x’kellu xi jgħid il-pubbliku dwar dan il-proġett.

Il-Bord tal-ERA approva l-proġett fit-23 ta’ Lulju fejn iddikjara li m’hemmx oġġezzjoni għall-proġett sakemm jittieħdu l-miżuri suġġeriti.