Lokali
L-ERA tapprova proġett fil-Magħtab tal-impjant li jibdel l-iskart f’enerġija

Il-bord tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi l-ERA approva l-proposta għall-bini ta’ impjant ġdid fil-Magħtab li jibdel l-iskart f’enerġija flimkien ma’ toroq u faċilitajiet oħra anċillari.

Il-bord ikkunsidra r-rapport dwar l-impatt fuq l-ambjent u kkonkluda li l-proġett jikkonsisti f’infrastruttura importanti fl-immaniġġjar tal-iskart li ma jistax ikun riċiklat.