Kurżitajiet, Lokali
Aġġornat – l-ilma ħamrani fil-Kanal Tas-Sukkursu ġej minn pjanti mikroskopiċi

Fl-aħħar jumejn, l-ilma fis-Sukkursu tas-Salini biddel lewnu għal wieħed ħamrani. Il-biologu Alan Deidun qal lil Television Malta li dan huwa fenomenu naturali magħruf bħala l-algal bloom jew red tide.

Spjega li dan isseħħ minħabba żieda fl-algae li huma pjanti mikroskopiċi tal-baħar li meta jilħqu numru kbar ibiddlu l-kulur tal-ilma u nibdew narawhom. F’dan il-każ il-pjanti mikroskopiċi kienu ta’ kulur ħamrani li bdew jiżdiedu fl-ilma mielaħ malli tibda s-sħana.

Żied jgħid li dan mhux perikoluż u fil-fatt hemm il-papri jgħumu u jixorbu mill-ilma. Qal li l-fenomenu seħħ fis-Sukkursu l-ewwel minħabba li l-varjazzjonijiet klimatiċi kienu favorevoli għal din it-tip ta’ algae li tikber fis-Sukkursu.

Kompla jgħid li f’kull salina tal-melħ hemm speċi differenti ta’ algae li jekk il-varjazzjonijiet klimatiċi jkunu wkoll favorevoli għalihom, ikollhom kulur differenti skont l-algae li tikber fihom. Qal li dan il-fenomenu jseħħ kull fejn ikun hemm l-ilma, imma huwa l-aktar viżibli fejn hemm salini tal-melħ minħabba li ma tantx hemm ċirkolazzjoni tal-ilma.

Dan il-fenomenu m’għandux x’jaqsam mal-irwejjaħ li huma kkawżati mill-posedonja li tikber u timblokka l-kurrent tal-baħar bir-riżultat li l-ilma jsir ilma qiegħed. Huwa għalhekk li jsir tindif ta’ din il-posedonja spiss. Kelliem għall-BirdLife Malta intant qal lil Television Malta li wara l-ftehim inizjali bejn BirdLife Malta u l-Gvern, għaddejjin taħdidiet bit-tama li fix-xhur li ġejjin is-Salini jgħaddi 100 fil-100 għand il-Birdlife Malta.

Aktar kmieni, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi qalet li qed tinvestiga l-bidla fil-kulur tas-Sukkursu fil-Qawra. L-ERA qalet li wara rapport li wasslilha kienet ħadet azzjoni immedjata biex tiddetermina x’ġara u li qed tinvestiga l-każ flimkien mad-Dipartiment tas-saħħa Ambjentali u d-Dipartiment tal-Bioloġija fl-Universita ta’ Malta.

Iktar kmieni l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi qalet li qed tinvestiga l-bidla fil-kulur tal-Kanal tas-Sukkursu fil-Qawra. Ilbieraħ l-ilma deher li kien inbidel għall-kulur ħamrani.

L-ERA qalet li wara r-rapport li waslilha kienet ħadet azzjoni immedjatament biex tiddetermina x’ġara, u li qed tinvestiga l-każ flimkien mad-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali u d-Dipartiment tal-Bioloġija fl-Università ta’ Malta.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Tobba tal-għajnejn qed iwissu dwar l-użu ta’ contact lenses li jbiddlu d-dehra tal-għajn, magħrufa bħala novelty lenses. Dawn il-lenses qed isiru popolari ferm għal mal-kostumi ta’ Halloween, u magħhom qed…

Kurżitajiet

Iktar minn sitt miljun viżitatur fis-sena jidħlu l-Kolossew ta’ Ruma, wieħed mill-iktar postijiet imfittxija mat-turisti li jżuru l-kapitali Taljana, mimlija daqs bajda bi storja u kultura. Issa, l-viżitaturi jistgħu jieħdu…

Kurżitajiet

Xjentisti Franċiżi qalu li aktarx sabu dik li potenzjalment tista’ tkun il-kawża tad-dislessija (dyslexia). Minn studju ppubblikat fil-ġurnal Proceedings of the Royal Society B, ix-xjentisti sabu li għadd kbir ta’…

Kurżitajiet

Dak li żgur qatt ma stenna s-sajjied Sam Quilliam kienet li l-ħuta li qabad taqbiżlu fi griżmejh. Huwa kważi miet meta ferħan se jtir li qabad ħuta, beda jbusha u…

Aktar