Barranin
L-esperti fl-isptarijiet Franċiżi jemmnu li l-Covid-19 mhux se neħilsu minnu qabel is-sajf li ġej

Waqt żjara fl-isptarijiet fir-reġjun ta’ Pariġi, il-President Franċiż Macron iltaqa’ u tkellem max-xjentisti dwar il-Covid-19 li nfirex mad-dinja kollha.

L-esperti jemmnu li dan il-virus mhux se neħilsu minnu qabel is-sajf li ġej fid-dawl taż-żieda tal-każijiet fil-pajjiż, li issa laħqu l-miljun.

Il-Kap tal-WHO qal li x-xhur li ġejjin se jkunu iebsin ħafna b’uħud mill-pajjiżi madwar id-dinjia qegħdin jilagħbu man-nar.

Il-WHO wissiet li ż-żieda qawwija ta’ każijiet fl-Ewropa jwassal lill-ġlieda kontra l-imxija f’punt kritiku u appellat għal azzjonijiet f’waqthom biex is-servizzi tas-saħħa ma jitgħabbewx b’piżijiet żejda.

Macron jemmen li għadu bikri wisq biex il-pajjiż jidħol f’lockdown anke jekk sal-bieraħ biss ġew irreġistrati 40,000 każ ġdid ta’ Covid-19 .