Lokali
L-estensjoni taż-żona industrijali ta’ Bulebel tqajjem għagħa fost il-bdiewa

Estensjoni taż-żona industrijali ta’ Bulebel qajmet għagħa fost bdiewa fiż-Żejtun minħabba li se titteħdilhom l-art li jaħdmu fil-konfini taż-żona industrijali li sal-lum għadha ma ġietx żviluppata. F’intervista ma’ TVM, il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Industrial Parks qal li din l-art kienet qed tinħadem minn persuni li ma kellhomx titlu legali.

Il-Malta Industrial Parks bdiet il-proċess biex tespandi ż-żona industrijali ta’ Bulebel. Il-Kap Eżekuttiv, Karl Azzopardi, qal li medda art fil-limiti taż-Żejtun hija l-unika żona li għandha l-Malta Industrial Parks maħsuba għal żvilupp industrijali.

Karl Azzopardi qal li “it’s high time to kick start it għax hija naturali u hija l-unika area li fadlilha l-MIP u l-gvern u li hija predefined bħala industrial estate. Però qed noqogħdu attenti u sensittivi kif se ssir.”

Is-Sur Azzopardi spjega li b’dan il-proġett iż-żona industrijali ta’ Bulebel se tikber b’madwar 120,000 metru kwadru, li se jintużaw għall-industriji ġodda imma se jinżammu siġar li hemm fl-għelieqi b’mod partikolari tal-ħarrub, li huma protetti.

Bdiewa li jaħdmu din l-art esprimew tħassib li mhux se jkomplu jaħdmu r-raba’ kif ilhom jagħmlu snin.

Lawrence Grima, bidwi stqarr li “ilna naħdmu mill-bużnanniet anke hawn il-patata u d-dwieli biex issa ħallejthom id-dwieli għax qatgħuli jdejja mhux se noqgħod nagħmlu xogħol għalxejn.”

Andrew Abela, bidwi wkoll qal li “aħna ġejna bla titlu għax ġabuna bla titlu għax qed jgħidulna okkupanti qisna bħal speċi squatters – qbadna dħalna bla permess. Aħna ilna f’dan ir-raba’ minn żmien il-bużnanniet xi mitejn jew mitejn u ħamsin sena. issa li għandu jsir jsir.”

Il-bdiewa qalu li f’Lulju ntalbu biex jiżgumbraw minn dawn l-għelieqi. Is-sur Azzopardi qal li l-Malta Industrial Parks ma tistax titkellem ma’ min qed jokkupa l-art għax ħadd minnhom m’għandhom kuntratt jew titlu legali għaliha.

Karl Azzopardi qal li “fdak il-każ qed niffollowjaw il-proċess li ttina l-liġi biex ovvjament issir proċess ta’ eviction orders.”

Is-sur Azzopardi qal li se ssir konsultazzjoni ma’ entitajiet li għandhom għal qalbhom iż-Żejtun u l-Kunsill Lokali bil-għan li din l-estensjoni jkollha żoni pubbliċi.

Is-sur Azzopardi spjega li din hija l-aħħar art li se tiġi żviluppata mill-Malta Indusrtrial Parks bl-istrateġija li tibda tiżviluppa ‘l fuq u tuża aħjar l-ispazji industrijali eżistenti.

 

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Avjazzjoni

Hekk kif ilbieraħ il-Malta Aviation Society ħabbret li s-sena d-dieħla l-airshow mhux se tkun tista’ ssir, bosta dilettanti tal-avjazzjoni b’nostalġja qed ixerrdu fuq il-midja soċjali ritratti u filmati tal-ispettakli tas-snin…

Aktar