L-estradizzjoni tas-Serb għall-aħħar tax-xahar

Is-Serb li fl-aħħar jiem kien deċiż mill-Qrati Maltin li jintbagħat lejn il-Kroazja minħabba reati kontra l-bniedem se jiġi estradiet lejn l-aħħar tax-xahar.

Imkejjen qrib il-Gvern qalu lil tvm.com.mt li l-estradizzjoni ta’ Eror Gojko li għandu 49 sena se tkun qed isseħħ fl-aħħar ġimgħa ta’ Marzu.

Il-Ħamis li għadda, il-qrati Maltin iddeċiedew li jestradixxu ħaddiem tal-kostruzzjoni Serb lejn il-Kroazja biex iħabbat wiċċu ma’ akkużi kontra l-umanità, tortura u estradizzjoni kontra l-liġi lejn kampijiet ta’ konċentrament.

Eror Gojko, li twieled f’Vukonvar fil-Kroazja, kien ilu jgħix hawn Malta għal dawn l-aħħar 11-il sena u kien arrestat wara li nħareġ mandat ta’ arrest Ewropew mill-awtoritajiet f’Zagreb.

Il-Qorti ma staqsitx jekk hu jammettix jew jiċħadx l-akkużi kontrih għar-raġuni li l-validità tat-talba tal-estradizzjoni kienet l-unika kwistjoni li kellha tiġi kkunsidrata.

Il-mandat jiddikjara li huwa jinsab imfittex fuq akkużi relatati mal-għajbien ta’ 17-il persuna.

Ir-reati allegali jinkludu krimini kontra l-umanità, tortura, ħtif u estradizzjoni kontra l-liġi lejn kampijiet ta’ konċentrament bejn l-1991 u l-1993 matul il-ġlied li wassal għal waqgħa ta’ dik li kienet il-Yugoslavia.

 

Aħbarijiet Oħra
Eurovision

Martin Österdahl ġie appuntat Executive Supervisor tal-Eurovision Song Contest u l-Junior Eurovision Song Contest, minflok Jon Ola Sand, li kien ilu 10 snin fil-kariga. Österdahl kien Executive Producer tal-Eurovision Song Contest…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li r-riżenja ta’ Justyne Caruana mill-kabinett hija turija tal-istandard il-ġdid li l-Gvern irid jimxi bih. Dr Abela qal dan f’kummenti li ta lill-ġurnalisti quddiem il-Parlament,…

Kronaka

F’post fuq il-midja soċjali, persuna xerrdet ritratti tal-karozza tagħha, wara li din kienet involuta f’hit-and-run ftit tal-jiem ilu. Fuq Facebook qalet kif fil-11 ta’ Jannar, ħalliet il-karozza pparkjata f’kaxxa bajda…

Kronaka

Il-Pulizija arrestat raġel ta’ 39 sena mill-Marsa suspettat li wettaq sensiela ta’ serqiet minn ħwienet fl-aħħar ġimagħtejn. L-arrest sar mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali fil-lejl…

Aktar