Press Briefings
L-età medja tal-każijiet ta’ Covid-19 f’Malta kienet ta’ bejn l-20 u l-35 sena

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li f’Malta kellna 448 każ ta’ coronavirus. L-ewwel każ kien ġie rreġistrat fis-7 ta’ Marzu 2020.

Il-Professur Gauci qalet li f’dan iż-żmien saru aktar minn 28,000 test. Bħal tendenzi barra minn Malta, 60 fil-mija tal-każi ta’ Covid-19 fil-pajjiż huma rġiel u 40 fil-mija huma nisa. L-akbar ammont ta’ każijiet jgħix fiċ-ċentru ta’ Malta.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li l-età medja tal-każijiet ta’ Covid-19 f’Malta kienet ta’ bejn l-20 u l-35 sena. Qalet li ma tantx kellna anzjani li ħadu l-virus u dan juri li l-miżuri li ttieħdu biex ikunu protetti l-anzjani, ħadmu.

Il-Professur Gauci qalet ukoll li l-maġġoranza tal-każijiet kellhom sintomi ħfief u kienu kkurati f’darhom stess. Qalet li ftit mill-każijiet kellhom bżonn kura fl-isptar u każ wieħed biss li kellu bżonn il-ventilator.

Minbarra li ma nstab l-ebda każ ta’ coronavirus, fl-aħħar 24 siegħa ġew dikjarati mfejqa wkoll 33 persuna oħra biex issa l-ammont ta’ persuni li rkupraw mill-Covid-19 f’Malta tela għal 282 ruħ.

Il-Professur Gauci qalet li fadal 162 każ attiv nies imfejqa jistgħu imorru lura fil-komunità iżda rridu noqgħodu attenti għaliex ir-riċerka dwar l-immunità għadha mhix ċerta u għalhekk huwa mportanti li l-miżuri jbqgħu jitħarsu.

 

Aħbarijiet Oħra
Ekonomija u Finanzi

Id-Dipartiment tad-Dwana ħabbar li minn Ottubru li ġej, lubricating oil, magħruf ukoll bħala petroleum oil, u tabakk tal-‘water-pipe’, ma jistgħux jinbigħu mingħajr ma jkunu ssiġillati bit-timbru tas-sisa. Fi stqarrija d-Dipartiment…

Lokali

Fid-dawl tad-delitt tal-ġimgħa l-oħra f’Ħal Millieri allegatament imwettaq minn żewġ żagħżagħ ta’ 18-il sena ħafna tkexkxu li dan ir-reat twettaq minn żgħażagħ u esprimew tħassib dwar il-ġenerazzjoni preżenti, madanakollu l-istoriku…

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qal li fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni hu senisttiv għall-karba tan-nies, sema’ lin-nies jitkellmu u jrid jkun hu li jagħti r-risposti. Dr Abela qal dan…

Aktar