Kurżitajiet
L-età taffettwa x’nieklu?

Il-bniedem u l-ikel – x’relazzjoni hemm bejniethom?  Hija kemmxejn ikkumplikata u tiddependi fuq il-flus, minn fejn jinxtara u anke xi jħobbu jieklu l-maġġor parti tan-nies.

Xi ħaġa komuni għal kulħadd huwa l-aptit – ix-xewqa li wieħed jiekol – li għal xi wħud huwa passatemp.  Meta jaqbadna l-ġuħ mhux neċessarjament għax veru l-ġisem ikun jeħtieġ l-ikel.

Studju riċenti wera kif ir-riħa, il-ħsejjes u r-riklami jaffettwaw kemm jiekol il-bniedem, li xi kultant iwassal għal konsum eċċessiv.  L-aptit mhux fiss, imma jinbidel minn żmien għal żmien, skont l-età.

Mindu nitwieldu sakemm ikollna 10 snin, il-ġisem jibda jesperimenta bl-ikel, iduq tipi differenti u jadatta l-porzjon meħtieġ għax jekk ħxuna fit-tfulija ħafna drabi twassal għall-ħxuna meta wieħed isir adult.

Bejn 1o u 20 sena, fi żmien l-adoloxxenza, jiżdied l-aptit minabba t-tibdil fl-ormoni u l-pubertà.  L-għażla tal-ikel tiddetermina l-istil ta’ ħajja fis-snin ta’ wara.  Id-dieta fl-adoloxxenza tista’ twassal liż-żgħażagħ kemm ikunu konxji ta’ saħħithom u l-konsegwenzi jekk ma jieklux ikel adattat għalihom.

Mill-20 sat-30 sena, l-istil tal-ħajja jinbidel.  Min jibqa’ jistudja, min jiżżewweġ u min isir ġenitur.  Dawn il-fatturi jwasslu għal żieda fil-piż li diffiċli wieħed inaqqsu.  Ikel differenti jibgħat messaġġi varji lill-moħħ u għalhekk il-moħħ jiddetermina ħafna x’għandu jittiekel u kemm għandu jiekol individwu.  Huwa iktar diffiċli li l-moħħ jibgħat sinjali biex ma jittikilx ikel li jħaxxen jew ammont eċċessiv.

Bejn it-30 u l-40 sena, l-adulti jibda jkollhom numru ta’ sfidi f’ħajjithom, fosthom l-effett tal-istress, li jista’ jbiddel l-aptit tal-persuna – min iżidu u min jitilfu l-aptit.  Fuq il-post tax-xogħol, persuna tista’ ssibha diffiċli x’ikel għandha tikkonsma minħabba t-tnaqqir u l-magni tal-ikel (vending machines) li joffru sfida biex wieħed joqgħod ‘il bogħod minnhom.

Mill-40 sal-50 sena, wieħed ikun irid ibiddel l-imġieba tiegħu fil-konfront tal-ikel.  Dan minħabba li s-saħħa tiddetta x’wieħed għandu jiekol biex ma jimradx, fosthom mill-pressjoni għolja, il-kolesterol, u mard kroniku ieħor.  L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tenfasizza li wieħed ma jpejjipx, jiekol dieta tajba, iżid l-eżerċizzju fiżiku, u jwaqqaf ix-xorb alkoħoliku biex ma jimradx.

Wara l-50 sena u qabel il-pensjoni (60 sena), il-bniedem jibda jsofri minn problema fil-muskoli – b’inqas attività fiżika, konsum limitat ta’ proteina u l-menopawża fin-nisa jwassal għal din il-problema.  Dieta varjata u sana flimkien mal-attività fiżika huma importanti biex jitnaqqas l-effett tax-xjuħija.  Ikel li fih il-proteini f’porzjonijiet żgħar huwa ideali fost l-adulti ta’ din l-età biex jilqgħu għall-mard.

Minn 60 sena ‘l hemm, l-isfida ewlenija hija li wieħed jibqa’ jgħix kwalità ta’ ħajja tajba, indipendenti u jibqa’ jgħix fil-komunità.  Nutrizzjoni adegwata hija importanti, għax ix-xjuħija ġġib magħha n-nuqqas fl-aptit, li jista’ jwassal għad-dgħufija tal-ġisem u persuna tkun suxxettibbli iktar għal ċertu tip ta’ mard.

In-nuqqas ta’ xi qarib jew l-għeżeż persuni fil-familja jistgħu jaffettwaw is-sens ta’ pjaċir li wieħed is-soltu jkollu meta jiekol għax jispiċċa waħdu.  Hemm fatturi oħrajn li ma jħajrux lil dak li jkun jiekol f’din l-età, iżda persuna trid tiftakar li matul il-ħajja l-ikel mhux biss fjuwil, iżda esperjenza soċjali u kulturali li għandu jieħu pjaċir biha.

Sakemm immutu għandna nsiru esperti fl-ikel.  Għalhekk għandha naraw li matul ħajjitna nqisu l-ikel bħala xi ħaġa li nieħdu gost nagħmlu mhux xi kastig, għax l-ikel iħalli effetti pożittivi fuq il-bniedem jekk jittiekel b’moderazzjoni u jkun bnin għal saħħitna.

Aħbarijiet Oħra
Temp

Fil-Ġappun aktar minn 30 persuna tilfu ħajjithom u mijiet oħra jinsabu l-isptar għall-kura kawża tas-sħana qawwija li ilha għaddejja sebat’ ijiem. It-temperatura qed tlaħħaq kważi 41 grad celcius li hija…

Annimali

Klieb ta’ razez differenti nġabru f’Londra biex jieħdu sehem fl-iswimming gala organizzata minn rover.com. Christopher Cederskog minn rover.com qal li l-klieb minbarra li jħobbu jesploraw kull fejn ikunu għandhom għal…

Barranin

It-traġedja f’Missouri tard ilbieraħ wara l-għarqa ta’ dgħajsa bit-turisti ħalliet 17-il vittma li disa’ minnhom huma mill-istess familja. Il-gvernatur ta’ Missouri Michael Parson qal li Tia Coleman ikkonfermat miegħu li…

Barranin

Bosta artisti ngħaqdu flimkien fit-Tajlandja biex ħolqu kapulavur mill-isbaħ bix-xibhat tal-eroj li salvaw lit-12-il tifel u l-kowċ tagħhom mill-mewt, wara li nqabdu f’għar perikoluż fit-Tajlandja. Il-pittura tpittret ma’ ħajt f’Chiang…

Aktar